2024
Aron Jgħallem lis-Sultan
Lulju 2024


“Aron Jgħallem lis-Sultan,” Ħabib, Lulju 2024, 26–27.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Lulju 2024

Aron Jgħallem lis-Sultan

Aron jgħallem lill-poplu; Aron wieqaf quddiem is-sultan

Illustrazzjonijiet ta’ Andrew Bosley

Aron kien wieħed minn ulied Mosija. Hu kien missjunarju. Huwa għallem lis-sultan tal-Lamaniti mal-art kollha.

Aron jitkellem mas-sultan

Aron staqsa lis-sultan jekk kienx jemmen f’Alla. Is-sultan qallu li jibda jemmen jekk Aron jgħidlu li Alla kien reali. Hu talab lil Aron biex jgħidlu aktar dwar Alla.

Aron jgħallem bi sfond tas-smewwiet

Aron qara l-iskrittura lis-sultan. Huwa għallem dwar il-ħolqien tad-dinja. Għallem dwar il-pjan t’Alla Huwa qal lis-sultan dwar Ġesù Kristu.

Is-sultan tal-Lamaniti għarkobbtejh; Aron jgħammed in-nies

Wara, is-sultan talab. Huwa staqsa lil Alla jekk dak li qal Aron kienx veru. Is-sultan irċieva t-tweġiba li kien veru!

Is-sultan emmen dak li għallem Aron. Kulħadd f’daru emmen ukoll. Huma tgħammdu u għażlu li jimxu wara Ġesù Kristu.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Nista’ Nimxi Wara Ġesù billi Nuri l-Imħabba

Paġna biex tingħata l-kulur ta’ tfal u qlub kbar

Illustrazzjoni ta’ Adam Koford

Kif turi l-imħabba lejn l-oħrajn?