”Il-Gwerriera Żgħażagħ,” Ħabib, Awwissu 2024, 26–27.
Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib Messaġġi, Awwissu 2024
Il-Gwerriera Żgħażagħ
Il-poplu li Ammon u ħutu għallmu riedu jimxu wara Ġesù Kristu. Huma difnu l-armi tagħhom u wiegħdu lil Alla li huma qatt ma kienu se jiġġieldu mill-ġdid.
Iżda ma damx ma kellhom bżonn biex jipproteġu lill-familji tagħhom. Il-missirijiet li difnu l-armi tagħhom ma ridux jiksru l-wegħda tagħhom ma’ Alla. Għalhekk uliedhom ħejjew biex jiġġieldu posthom. Huma ġew imsejħin bħala l-elfejn gwerriera żgħażagħ. Żgħażagħ ifisser ”żgħir.”
Il-gwerriera żgħażagħ qatt ma kienu ġġieldu fi gwerra qabel. Iżda ommijiethom għenu jħejjuhom u għallmuhom biex jafdaw f’Alla.
Huma għażlu lil Ħelaman biex ikun il-mexxej tagħhom. Huma kienu kuraġġużi, u Alla għenhom. Kollha kemm huma weġġgħu, iżda huma għenu lil xulxin. Alla onora l-fidi tagħhom, u lkoll għexu!
© 2024 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, August 2024. Maltese. 19290 159