“Ġesù Bierek Wieħed Wieħed,” Ħabib, Ottubru 2024, 26–27.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Ottubru 2024
Ġesù Bierek Wieħed Wieħed
Il-profeti għallmu lin-Nefiti dwar is-sinjali tal-mewt ta’ Ġesù Kristu. Meta miet, kien hemm dalma fl-art għal tlett ijiem. Aktar tard, in-nies semgħu leħen Missierna fis-Smewwiet jitkellem mis-smewwiet.
Missierna tas-Smewwiet qal, “Dan hu Ibni l‑Għażiż” (3 Nefi 11:7). Ġesù deher lin-Nefiti. Huwa qam mill-mewt! Huwa għallem lin-Nefiti bosta ħwejjeġ. Hu qalilhom biex jindmu u jimxu warajh.
Huwa talab lin-nies biex iġibu lil dawk li kienu morda għandu biex jitfejqu. Huwa berikhom.
Huwa bierek ukoll lit-tfal kollha, wieħed wieħed. L-anġli ċċirkondaw lit-tfal.
© 2024 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, Ottubru 2024. Maltese. 19291 159