Ħabib
Nefi Jara lil Ġesù tarbija
Diċembru 2024


“Nefi Jara lil Ġesù tarbija,” Ħabib, Diċ. 2024, 26-27.

Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Diċembru 2024

Nefi Jara lil Ġesù tarbija

Leħi jgħallem lil Nefi, u lil Nefi jitlob

Illustrazzjonijiet ta’ Andrew Bosley

Missier Nefi, Leħi, ra viżjoni ta’ Ġesù Kristu. Nefi ried jara din il-viżjoni wkoll. Huwa talab u talab biex jara dak li ra missieru.

Nefi jara lil Marija f’viżjoni

L-Ispirtu s-Santu wera lil Nefi l-istess viżjoni. Nefi ra mara żagħżugħa jisimha Marija. L-Ispirtu s-Santu qal li hija kienet se tkun omm l-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu.

Nefi jara lil Marija u lil Ġesù tarbija f’viżjoni

Nefi ra lil Ġesù tarbija ma’ Marija. L-Ispirtu s-Santu qal li Ġesù kien se jiġi fid-dinja biex jgħin lil ulied Missierna tas-Smewwiet.

Nefi kitiblu l-viżjoni tiegħu; tifla taqra l-iskrittura

Nefi ra l-ħajja ta’ Ġesù Kristu. Huwa rah iservi u jgħallem lin-nies. Nefi tgħallem bosta ħwejjeġ dwar is-Salvatur. Tista’ titgħallem dwaru wkoll billi taqra l-iskrittura.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Il-Milied Huwa dwar Ġesù

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Illustrazzjoni minn Adam Koford

“Għax tweldilna tifel, ngħatalna iben” (Isaija 9:6).