2021
Isimgħu, Agħtu Widen, u Oqogħdu Attenti
Jannar 2021


“Hear, Hearken, and Heed,” For the Strength of Youth, Jan. 2021, 32.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista For the Strength of Youth, Jannar 2021

Isimgħu, Agħtu Widen, u Oqogħdu Attenti

jisimgħu, jaqraw, u jitkellmu milil-pulptu

Illustrazzjonijiet minn Guev Design

L-ewwel kelma li nsibu fid-Duttrina u Patti hi agħtu widen (ara Doctrine and Covenants 1:1). Dan ifisser “isimgħu bl-intenzjoni li tobdu.” Li nagħtu widen ifisser li “nisimgħuh”—li nisimgħu x’jgħid is-Salvatur u mbagħad noqogħdu attenti għall-kunsill tiegħu. F’dawk iż-żewġ kelmiet— “Isimgħuh ”—Alla jgħidilna kif jista’ jkollna s-suċċess, il-ferħ, u l-hena f’din il-ħajja. Aħna għandna nisimgħu kliem il-Mulej, nagħtu widen tiegħu, u noqogħdu attenti għal dak li qalilna!

Fejn nistgħu mmorru biex nisimgħuh?

Nistgħu mmorru fl-iskrittura. Aħna nistgħu nisimgħuh ukoll fit-tempju. Aħna nisimgħuh ukoll b’aktar ċarezza hekk kif nirraffinaw l-abbiltà tagħna biex nagħrfu s-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu. U, finalment, aħna nisimgħuh hekk kif nagħtu widen tal-profeti, tal-veġġenti, u r-rivelaturi.

X’jiġri hekk kif b’aktar intenzjoni tisimgħu, tagħtu widen, u toqogħdu attenti għal dak li qal is-Salvatur u Hu x’inhu jgħidilkom issa permezz tal-profeti tiegħu? Inwegħidkom li intom tkunu mberkin b’aktar qawwa biex tiffaċċjaw it-tentazzjoni, it-taqbid, u d-dgħjufija. Inwegħidkom mirakli fir-relazzjonijiet tal-familja, u fil-ħidma ta’ kuljum tagħkom. U nwegħidkom li l-kapaċità tagħkom biex tħossu l-ferħ tikber anke jekk it-taqlib jiżdied f’ħajjitkom.