2021
Kif nista’ nkun naf li nisma’ leħen il-Mulej f’ħajti?
Frar 2021


“Kif nista’ nkun naf li nisma’ leħen il-Mulej f’ħajti?” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Fr. 2021, 29.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ , Frar 2021

Kif nista’ nkun naf li nisma’ leħen il-Mulej f’ħajti?

Immaġni
żagħżugħ jaqra l-iskrittura

Il-President Russell M. Nelson stedinna biex “naħsbu b’mod profond u ta’ spiss” dwar kif nisimgħu lil Ġesù Kristu u biex “nieħdu ċerti passi biex nisimgħuh aħjar u aktar ta’ spiss” (“‘How Do You #HearHim?’ A Special Invitation,” 26 ta’ Fr., 2020, blog.ChurchofJesusChrist.org).

Nistgħu nisimgħuh permezz tal-iskrittura u permezz tal-kliem tal-profeti. Iżda s-sigriet mhuwiex biss li sempliċiment nisimgħu jew naqraw dak il-kliem. Permezz tal-Profeta Joseph Smith, il-Mulej spjega:

“Hu leħni li qed jgħidilkom dan il-kliem; għaliex hu mogħti lilkom permezz tal-Ispirtu tiegħi … ;

“Għalhekk, tistgħu tixhdu li smajtu leħni” (Duttrina u Patti 18:35–36).

Barra minn hekk, li nfittxu li nisimgħuh mhijiex xi ħaġa li nagħmlu okkażjonalment. Il-President Nelson qal, “Hemm bżonn ta’ sforz konxju u konsistenti ” (“Isimgħuh,” konferenza ġenerali Apr. 2020 [Ensign jew Liahona, Mejju 2020, 89]).

Hekk kif intom tistudjaw, titolbu, tqimu, isservu, u tobdu l-kmandamenti tal-Mulej, Hu jberikkom bl-Ispirtu tiegħu u, permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, jibdilkom. Imbagħad tistgħu ssiru tafu li smajtu leħnu.

Ipprintja