“Il-Patrijarki: Min Kienu u Għalfejn Tajjeb li Nkunu Nafu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Frar 2022.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Frar 2022
Il-Patrijarki
Il-Patrijarki: Min Kienu u Għalfejn Tajjeb li Nkunu Nafu
Forsi diġà smajt b’Abraham, b’Iżakk u b’Ġakobb. Spiss naqraw dwarhom fil-Ktieb ta’ Mormon u żgur li ħa tisma’ iktar dwarhom meta tistudja t-Testment il-Qadim din is-sena. La qed tingħatalhom din l-attenzjoni kollha, bilfors li huma importanti, le? Iżda forsi taf tistaqsi lilek innifsek, “Għalfejn tliet irġiel li għexu eluf ta’ snin ilu huma importanti llum?” Fil-fatt, is-sigriet għal dik il-mistoqsija jinsab fil-patti eterni u l-barkiet imwiegħda li Alla tahom.
Abraham
Abraham kien profeta kbir. Huwa kien raġel ġust u ubbidjenti għall-kmandamenti ta’ Alla.
Kien mgħammed, irċieva s-saċerdozju, u kien issiġillat ma’ martu Sara għall-eternità.
Alla għamel patt ma’ Abraham li n-nisel tiegħu kellu jkun wieħed kbir u jkollu l-istess barkiet li kien irċieva hu.
Huma kellhom jieħdu l-milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu lill-ġnus tad-dinja.
Iżakk
Iżakk kien iben Abraham u Sara.
Alla ordna lil Abraham biex jissagrifika lil Iżakk. Abraham kien iħobb lil Iżakk iżda għażel li jobdi lil Alla. Eżattament qabel ma Abraham kien se jissagrifika lil Iżakk, anġlu ordna lil Abraham biex jieqaf. Ir-rieda ta’ Abraham u Iżakk biex jobdu lil Alla hija simbolu tal-Espjazzjoni tal-Iben Waħdieni ta’ Alla.
Iżakk kien imwiegħed l-istess barkiet bħal Abraham.
Ġakobb
L-istess bħal missieru u nannuh, Ġakobb kien fidil lejn Alla.
Minħabba l-fedeltà tiegħu, il-Mulej bidel isem Ġakobb għal Iżrael, li jfisser “dak li hu dejjem qawwi ma’ Alla” jew “ħa jkun Alla dejjem qawwi” (are Bible Dictionary, “Israel”).
Ġakobb kellu 12-il tifel. Dawn l-ulied u l-familji tagħhom saru magħrufin bħala t-tribujiet ta’ Iżrael.
Il-patt li Alla għamel ma’ Abraham ġie mġedded ma’ Ġakobb u wliedu.
Il-Patrijarki u Int
Bħala membru tal-Knisja, inti parti min-nisel ta’ Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Il-patt li huma għamlu ma’ Alla japplika għalik!
Inti għandek il-barka u r-responasabbiltà li taqsam it-testimonjanza tiegħek tas-Salvatur u l-evanġelju ma’ oħrajn.
Inti msejjaħ ukoll biex tistieden lil kulħadd biex jagħmel u jżomm ċerti patti sagri u jirċievi l-ordinanzi tas-saċerdozju. Il-President Russell M. Nelson qal li dan huwa kollu parti mill-ġabra ta’ Iżrael, li “hija l-iktar ħaġa importanti li qed isseħħ fid-dinja llum” (“Tama ta’ Iżrael,” [devozzjonali dinjija għaż-żgħażagħ, 3 ta’ Ġunju, 2018], 8, ChurchofJesusChrist.org).
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, February 2022. Maltese. 18344 159