2022
Agħżel
Ġunju 2022


“Agħżel,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ġunju 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ġunju 2022

Agħżel

Ġożwè ħeġġeġ lill-poplu tiegħu biex jagħmel l-għażla tajba—li jimxu wara l-Mulej.

agħżel

Il-ħila tagħna li nagħżlu u naġixxu għalina nfusna tissejjaħ volontà. Hija parti importanti tal-pjan tal-Missier fis-Smewwiet. Għan importanti ta’ din il-ħajja huwa li nuru li aħna se nagħżlu l-kmandamenti ta’ Alla sabiex inkunu nistgħu nsiru iktar bħalu. Aħna niġu ġġudikati skont l-għażliet tagħna. (Ara 2 Nefi 18:32; Doctrine and Covenants 101:78; Abraham 3:25.)

illum

Ġożwè ħeġġeġ lill-poplu biex jagħżel “illum”, jew issa stess. Nistgħu nagħmlu għażliet tajbin darba u mbagħad nippruvaw nikkommettu ruħna lejhom. Ara Salm 37:5.)

servi

F’dan il-vers, li sservi huwa li tqim, li tassisti, li tobdi, u li tiddedika ħajtek għal xi ħadd. Għandna nservu lill-Mulej (ara Moses 1:15).

allat

Iżrael kien ġie ordnat li jservi biss lil Alla veru u ħaj, Ġesù Kristu (ara Eżodu 20:2–5). Ġożwè ta eżempji ta’ allat oħra li l-poplu tiegħu ma kellux iqim. Allat oħra f’ħajjitna jistgħu jinkludu l-possessjonijiet, l-opinjonijiet tal-oħrajn, interessi oħra—dak kollu li jbegħidna mill-Mulej.

jien u dari

Ġożwè tkellem għalih innifsu u għan-nies kollha li kienu jgħixu f’daru. Huwa qal li huma kellhom iservu lill-Mulej. Huwa ried li jmexxi lill-familja tiegħu fis-sewwa u li jgħallimhom biex jimxu wara l-Mulej (ara Doctrine and Covenants 93:40).

Ipprintja