2022
Fanal għal Riġlejna
Awwissu 2022


“Fanal għal Riġlejna,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Aww. 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Awwissu 2022

Fanal għal Riġlejna

Oġġett komuni għall-Iżraelin tal-qedem jista’ jgħallimna kif il-Mulej jiggwidana.

fanal għal riġlejna

Fatti

Fi żminijiet it-Testment il-Qadim, in-nies kienu jużaw fanali taż-żejt biex iġorru d-dawl magħhom fid-dlam. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-fanali kellhom tliet elementi bażiċi:

  1. Buqar tal-fuħħar li jġorr ż-żejt; normalment żgħir biżżejjed biex jinġarr f’id ta’ persuna

  2. Ftila tal-kittien li tinxtegħel wara li tkun assorbiet iż-żejt

  3. Munqar jew żennuna li żżomm il-ftila.

Fanali taż-żejt, dawk sempliċi bi ftila waħda biss, kienu jxerrdu dawl sa ftit piedi biss madwarhom. Meta użati biex timxi barra, dawn kienu juruk dawl sa pass wieħed biss quddiemek, kemm int tasal fejn għandek bżonn fid-dlam.

X’Nistgħu Nitgħallmu

Ġesù Kristu jżomm fanal taż-żejt

Użat bil-permess. Lead, Kindly Light, ta’ Simon Dewey. Korteżija ta’ altusfineart.com © 2022.

Il-kelma tal-Mulej tista’ ddawwal it-triq tagħna fid-dlam u l-konfużjoni li jdawruna fid-dinja.

Il-Mulej talabna biex ma ngħattux id-dawl tagħna iżda biex inġorru d-dawl tal-evanġelju magħna sabiex oħrajn ikunu jistgħu jarawh (ara Mattew 5:14–16).

Huwa sta għalina li naċċertaw ruħna li l-fanali tagħna huma mimlijin biż-żejt (ara Mattew 25:1–13). Nagħmlu dan permezz tat-talb, tal-istudju tal-iskrittura, tas-servizz, billi nimxu wara l-profeta, u atti oħrajn ta’ fidi u devozzjoni (ara Spencer W. Kimball, Faith Precedes the Miracle [1972], 256).

Jekk neżerċitaw il-fidi, il-Mulej ġieli jdawlilna l-mogħdija tagħna b’kemm għandna bżonn biex aħna nagħtu pass ieħor (ara Boyd K. Packer, “The Candle of the Lord,” Ensign, Jan. 1983, 54).