2023
Morru Għandu
Marzu 2023


“Morru Għandu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Mar. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Marzu 2023

Morru Għandu

Is-Salvatur jistedinna biex inserrħu t-toqol tagħna fuqu.

Ġesù Kristu

Illustrazzjoni ta’ Annie Henrie Nader

Ejjew Għandi

Aħna nistgħu mmorru għand is-Salvatur billi nitgħallmu l-evanġelju tiegħu, ikollna l-fidi fih, nindmu, nagħmlu u nżommu l-patti, u nimxu wara l-eżempju tiegħu.

mħabbtin … mtaqqlin

It-taħbit fiżiku u t-toqol fiżiku jista’ jgħajjina, iżda l-istess jistgħu jagħmlu dawk mentali, emozzjonali, u spiritwali. Is-Salvatur joffri l-paċi tiegħu, irrispettivament għat-tipi ta’ toqol li nistgħu nġorru.

madmad

Madamd huwa għodda biex ixxedd żewġ annimali flimkien sabiex ikunu jistgħu jġorru tagħbija flimkien, bħal xi moħriet jew karettun. Il-madmad normalment għandu travu tal-injam imserraħ fuq il-ħobba tad-dahar taż-żewġ annimali, u hekk jinqasam it-toqol.

tgħallem

Nistgħu nitgħallmu dwar Ġesù Kristu billi nistudjaw it-tagħlim tiegħu u l-eżempju tiegħu—u billi nippruvaw nimxu warajhom.

mistrieħ

Il-mistrieħ tas-Salvatur huwa l-paċi tiegħu, li tikkalma lil moħħna u lill-ispirtu tagħna. Huwa jgħinna negħlbu l-inkwiet tad-dinja u jagħtina l-qawwa spiritwali meta nħossuna dgħajfin.

ħelu … ħafif

Li nieħdu l-madmad tas-Salvatur fuqna ifisser li norbtu lilna nfusna miegħu permezz tal-patti. Ifisser li nagħtu qalbna lilu u lill-ħidma tiegħu. Meta nagħmlu dan, it-toqol tagħna jinħass iħfef għaliex huwa jkun qed jgħinna.