2023
L-Aħħar Kelma: Fittex l-Għarfien
Awwissu 2023


“Fittex l-Għarfien,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Aww. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Awwissu 2023

Fittex l-Għarfien

Mara b’lampa taż-żejt

Illustrazzjonijiet ta’ Emily E. Jones

L-għan tagħna hekk kif infittxu li nitgħallmu u ngħallmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu għandu jkun li nkabbru l-fidi f’Alla u fil-pjan divin tiegħu ta’ kuntentizza u f’Ġesù Kristu u s-sagrifiċċju espjatorju tiegħu u biex niksbu konverżjoni dejjiema. Fidi bħal din tgħinna nagħmlu u nżommu l-patti ma’ Alla, u b’hekk insaħħu x-xewqa tagħna li nimxu wara Ġesù u li nipproduċu ġo fina trasformazzjoni spiritwali ġenwina. Din it-trasformazzjoni twassalna biex ikollna ħajja aktar kuntenta, produttiva u sana u tgħinna biex inżommu perspettiva eterna.

żagħżugħ jaqra l-iskrittura

Biex niksbu dan, aħna jeħtiġilna naċċettaw l-istedina ta’ Ġesù Kristu billi b’immersjoni ngħaddsu rasna fl-iskrittura, nifirħu permezz tagħha, nitgħallmu d-duttrina Tiegħu, u nagħmlu l-almu tagħna biex ngħixu l-mod kif għex Hu. Hekk biss nistgħu nsiru nafu lil Ġesù Kristu u nagħrfu leħnu, għax nafu li hekk kif aħna nersqu lejh u nemmnu fih, aħna qatt ma nbatu l-ġuħ jew l-għatx (ara Ġwanni 6:35).

tfajjel qed titlob

Dan ma jiġrix b’kumbinazzjoni. Li aħna nintunaw irwieħna mal-ogħla influwenza tad-divinità mhijiex xi ħaġa faċli; jeħtieġ minna li nitolbu lil Alla u nitgħallmu kif jista’ jkollna l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajjitna.

mara żagħżugħa tmiss qalbha

Jena nixhed magħkom li meta aħna b’ħerqa, bil-qalb, b’fermezza u b’sinċerità nfittxu li nitgħallmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u ngħallmuh lil xulxin b’għan reali u taħt l-influwenza tal-Ispirtu, dan it-tagħlim jista’ jittrasforma l-qlub u jispira x-xewqa li ngħixu skont il-veritajiet ta’ Alla.