“Issa Kristu Qam,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Sett. 2023.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Settembru 2023
Issa Kristu Qam
Sir af kif l-Appostlu Pawlu għallem dwar il-Qawmien mill-Imwiet ta’ Ġesù Kristu.
Issa Kristu qam mill-imwiet
Ġesù Kristu miet fuq is-salib, ġie imqiegħed f’qabar, u qam mill-imwiet fit-tielet jum.
l-ewwel frott fost dawk li raqdu
Il-kelma Griega użata hawn għal l-ewwel frott tfisser l-ewwel ħsad tas-sena. Hija l-ewwel li tiġi maħsuda—l-ewwel fost oħrajn li għad jiġu.
Il-frażi dawk li raqdu tfisser “dawk li mietu.”
Ġesù Kristu kien l-ewwel li qam mill-imwiet, u wara l-Qawmien mill-imwiet tiegħu, in-nies kollha se jqumu mill-imwiet.
permezz ta’ bniedem feġġet il-mewt
Dan qed jitkellem dwar Adam. Il-waqgħa tiegħu fissret li n-nies kollha li għad jiġu f’din id-dinja għad imutu. (Ara Moses 4.)
ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu
Minħabba l-Qawmien mill-Imwiet ta’ Kristu, aħna lkoll se nqumu mill-mewt. Dan ifisser li kull min xi darba għex jew għad jgħix se jqum mill-imwiet. L-ispirti tagħna se jerġgħu jingħaqdu flimkien, u l-iġsma tagħna se jiġu pperfezzjonati u magħmulin immortali. (Ara Alma 11:43–45.)
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, September 2023. Language. 19047 159