Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ
Nemmnu fi Kristu qabel ma Jerġa’ Jiġi
April 2024


“Nemmnu fi Kristu qabel ma Jerġa’ Jiġi,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Apr. 2024.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, April 2024

Ġarom

Nemmnu fi Kristu qabel ma Jerġa’ Jiġi

In-Nefiti kellhom fidi qabel ma ġie s-Salvatur, u aħna jista’ jkollna l-fidi qabel ma Hu jerġa’ jiġi.

Ġesù Kristu jżur lin-Nefiti

Qatt ħsibt kif kont tħossokli temmen fis-Salvatur qabel ma ġie fid-dinja? In-Nefiti tal-qedem kellhom jagħmlu sewwasew hekk —“iħarsu ’l quddiem għall‑miġja tal‑Messija, u jemmnu li huwa għandu jiġi bħallikieku diġà ġie.” (Ġarom 1:11).

Illum il-ġurnata, għandna kitbiet skritturali u storiċi li jixhdu li Ġesù Kristu għex, miet u reġa’ qam. Aħna nemmnu f’Salvatur li diġà ġie. Imma nemmnu wkoll f’Salvatur li jerġa’ jiġi .

Qabel Ma Ġie Ġesù Kristu, in-Nefiti Kellhom Fidi biex:

Ir-Re Benjamin u martu jitolbu

Dnubiethom ikunu maħfura.

“Dawk kollha li jemmnu li Kristu għandu jiġi, dawn ikunu jistgħu jiksbu maħfra ta’ dnubiethom, u jithennew b’hena, mill‑aktar kbira, bħallikieku huwa diġà ġie fosthom”(Mosija 3:13; enfasi miżjuda).

Enos

Ħafru lilhom infushom.

“U smajt leħen jgħidli: Enos, dnubietek maħfura, u inti se tkun imbierek. … Għalhekk, ġejt meħlus mill‑ħtija tiegħi.. “U jiena għidt: Mulej, kif jista’ jkun dan? “U huwa qalli: Minħabba l-fidi tiegħek fi Kristu, li lilu inti la qatt smajt u lanqas rajt qabel. U għad iridu jgħaddu ħafna snin qabel ma hu juri lilu nnifsu fil‑ġisem; … il‑fidi tiegħek salvatek”(Enos 1:5–8; enfażi miżjuda).

Ġakobb jippriedka

Iwettaq il-mirakli.

“Konna nafu bi Kristu, u kellna tama tal-glorja tiegħu ħafna mijiet ta’ snin qabel il-miġja tiegħu. … Hekk li aħna verament nistgħu nordnaw f’isem Ġesù u anke s‑siġar jobduna, jew il‑muntanji, jew il‑mewġ tal‑baħar” (Ġakobb 4:4, 6; enfasi miżjuda).

Moroni jikteb fuq pjanċi

Jirċievi rivelazzjoni.

“Kien hemm ħafna li l-fidi tagħhom kienet tant qawwija, anke qabel il-miġja ta’ Kristu, li ma setgħux jinżammu lura milli jaraw ’il ġewwa mill-velu, iżda setgħu jaraw tassew b’għajnejhom” (Ether 12:19; enfasi miżjuda).

Qabel ma Ġesù Kristu Jerġa’ Jiġi, Aħna Jista’ Jkollna l-Fidi Biex:

Ninħafru, naħfru lilna nfusna, inwettqu l-mirakli, and nirċievu rivelazzjoni (bħan-Nefiti).

żagħżugħ ikanta fil-knisja

Inħejju lilna nfusna għall-miġja tiegħu.

Hekk kif nagħmlu li nistgħu biex inħarsu l-patti tagħna, qed nippreparaw biex ngħixu fis-saltna ċelestjali. “Għax araw, din il-ħajja hija ż-żmien li fih il-bnedmin iħejju biex jiltaqgħu ma’ Alla; iva, araw iż-żmien ta’ din il-ħajja huwa ż-żmien li fih il-bnedmin iwettqu ħidmiethom.” (Alma 34:32).

żgħażagħ quddiem it-tempju

Ipprepara d-dinja għall-miġja tiegħu.

Aħna ġejna mistiedna mill-President Russell M. Nelson biex inkunu parti minn “l-akbar ħidma fid-dinja”—il-ġabra ta’ Iżrael. “Missierna fis-Smewwiet baqa’ jżomm ħdejh ħafna mill-ispirti l-aktar nobbli tiegħu—forsi nista’ ngħid, l-ifjen tìm tiegħu—għal din il-fażi finali. Dawk l-ispirti nobbli—dawk l-ifjen plejers, dawk l-eroj—huma intom!”1

tfajliet jitgħannqu

Ikollok it-tama fi żminijiet ibsin.

Meta s-Salvatur jerġa’ jiġi, il-ġusti se jgħixu fil-paċi. Is-Salvatur se jsaltan, u fejn hu inġust jirranġa ruħu. “Għax il-Mulej se jkun f’nofshom, u l-glorja tiegħu se tkun fuqhom, u hu jkun ir-Re tagħhom u l-leġislatur tagħhom” (Duttrina u Patti 45:59).

tfajliet

Afdaw fil-Qawmien mill-Imwiet.

Il-bnedmin kollha se jqumu mill-imwiet. Se jkollna iġsma perfetti u immortali. Aħna nistgħu nerġgħu naraw lill-maħbubin li mietu. “L-ispirtu u l-ġisem sejrin jingħaqdu flimkien mill-ġdid fil-forma perfetta tagħhom; kemm ir-riġel u kemm il-ġog se jerġa’ lura għall-istruttura proprja tiegħu, sewwasew kif aħna ninsabu bħalissa” (Alma 11:43).

Ġesù Kristu jidher lin-Nefiti

In-Nefiti tal-qedem kellhom il-fidi fis-Salvatur qabel ma ġie. Jista’ jkollna l-fidi li s-Salvatur jerġa’ jiġi—meta “[aħna] se narawh fis-sħab tas-sema, imlibbes bil-qawwa u glorja kbira” (Duttrina u Patti 45:44; ara wkoll Atti 1:11). Il-fatt li tkun taf li Hu se jerġa’ kif jibdel dak li se tagħmel illum?

Nota

  1. Russell M. Nelson, “Hope of Israel” (devozzjonali dinjija għaż-żgħażagħ, 3 ta’ Ġunju, 2018), Librerija tal-Evanġelju.