Prinċipji tal-Ministeru, Settembru 2018
Iddiskutu Flimkien il-Bżonnijiet Tagħhom
M’għandkomx tagħmlu dan weħidkom. Intom tistgħu tiksbu l-għajnuna meħtieġa biex tkunu tistgħu tgħinu lil ħaddieħor billi tiddiskutu bejnietkom.
Alla stedinkom biex timministraw lil xi individwu jew familja fil-qasam jew fergħa tagħkom skont il-bżonnijiet tagħhom. Kif tistgħu ssiru tafu x’inhuma dawk il-bżonnijiet? Is-sigriet huwa l-prinċipju li niddiskutu bejnietna, li tant iffokajna fuqu fil-Knisja.
Wara li niddeċiedu dwar xiex għandna niddiskutu, aħna għandna nesploraw:
-
Niddiskutu ma’ Missierna tas-Smewwiet.
-
Niddiskutu mal-individwu u l-familja assenjata lilna.
-
Niddiskutu mas-sieħeb jew is-sieħba tagħna.
-
U niddiskutu ma’ oħrajn li ġew assenjati l-istess individwu jew familja.
Huwa wkoll essenzjali li niddiskutu mal-mexxejja tagħna. Artiklu dwar il-Prinċipji tal-Ministeru li għandu jiġi ppubblikat dalwaqt fil- Liahona se jesplora kif nistgħu niddiskutu mal-mexxejja tagħna kif ukoll l-irwol tal-intervisti tal-ministeru f’ dak il-proċess.
Dwar Xiex Għandna Niddiskutu
Huwa mill-aktar essenzjali biex nimministraw lil xulxin li aħna nifhmu sew x’inhuma l-bżonnijiet tal-oħrajn. Iżda x’ tip ta’ bżonnijiet jeżistu, u hemm xi ħaġa aktar minn dawn il-bżonnijiet li aħna għandna nkunu konxji minnha?
Hawn kull tip ta’ bżonnijiet. Dawk li aħna nservu jafu jinsabu jiffaċċjaw ċerti sfidi li huma emozzjonali, finanzjarji, fiżiċi, edukattivi u oħrajn. Xi bżonnijiet huma aktar importanti minn oħrajn. Xi wħud minnhom aħna kapaċi nindirizzawhom waħedna; għal xi oħrajn nafu jkollna bżonn infittxu għajnuna barranija. Fl-isforzi tagħna biex nilħqu l-bżonnijiet temporali, m’għandniex ninsew li s-sejħa tagħna li nimministraw tinkludi li ngħinu lil oħrajn jimxu ‘l quddiem fit-triq tal-patt, jitħejjew u jirċievu l-ordinanzi tas-saċerdozju essenzjali għall-eżaltazzjoni.
Minbarra niddiskutu bejnietna dwar il-bżonnijiet tal-individwu jew tal-familja, aħna għandna nfittxu li nkunu nafu x’ inhuma wkoll il-ħiliet tagħhom. Fiex m’għandomx bżonn l-għajnuna? Huma x’ abbiltajiet u doni għandhom li jistgħu jbierku lil ħaddieħor? Huma fiex inhuma l-aktar adattati biex jgħinu fil-bini tas-saltna ta’ Alla? Il-ħiliet tal-individwu jistgħu jkunu importanti li aħna nifhmuhom daqs il-bżonnijiet tiegħu.
Niddiskutu ma’ Missierna tas-Smewwiet
Waħda mill-prinċipji ewlenin tal-fidi tagħna hi li Missierna tas-Smewwiet ikellem lil uliedu (ara Artikli tal-Fidi 1:9). Meta aħna nirċievu xi essajnment ġdid biex nimministraw lil xi ħadd, aħna għandna niddiskutu ma’ Missierna tas-Smewwiet fit-talb tagħna, fejn infittxu li niksbu dehen u għarfien dwar il-bżonnijiet kif ukoll il-ħiliet tagħhom. Dan il-proċess li niddiskutu permezz tat-talb għandu jkompli tul l-essajnment tagħna tal-ministeru.
Niddiskutu mal-Individwi u l-Familji.
Il-kif u l-meta aħna għandna navviċinaw l-individwi u l-familji li aħna msejħin biex inservu jistgħu jvarjaw ħafna,u jiddependi fuq iċ-ċirkustanzi partikolari, iżda huwa mill-aktar essenzjali li aħna niddiskutu direttament mal-individwu jew mal-familja biex nibnu r-relazzjonijiet u nifhmu l-bżonnijiet tagħhom, inkluż x’ tip ta’ għajnuna huma jridu. Xi mistoqsijiet jistgħu jistennew sakemm l-ewwel tiżviluppa bejnietna relazzjoni sinifikanti. Filwaqt li m’hemmx mod wieħed partikolari kif dan isir, għandna nikkunsidraw dan li ġej:
-
Insibu kif u meta huma jippreferu li nagħmlu kuntatt magħhom.
-
Nitgħallmu dwar l-interessi u begrawnds tagħhom.
-
Ħudu magħkom xi suġġerimenti kif huma jistgħu jgħinu, u itolbu s-suġġerimenti tagħhom.
Hekk kif aħna nibnu l-fiduċja, għandna nikkunsidraw li niddiskutu l-bżonnijiet tal-individwu jew tal-familja. Staqsu ċerti mistoqsijiet li tħossu li għandkom tistaqsu bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.1 Per eżempju:
-
X’ tip ta’ sfidi huma jinsabu jiffaċċjaw?
-
X’inhuma l-għanijiet individwali tagħhom jew tal-familja tagħhom? Per eżempju, huma jridu jitgħallmu aħjar kif jagħmlu regolarment lejla d-dar mal-familja, jew biex ikunu jafu aħjar kif ifendu għal rashom?
-
Kif nistgħu ngħinuhom fl-għanijiet u fl-isfidi tagħhom?
-
X’ ordinanzi tal-evanġelju waslu dalwaqt f’ ħajjithom? Kif nistgħu ngħinuhom jitħejjew?
Ftakru biex toffru għajnuna speċifika, bħal, “Din il-ġimgħa meta nistgħu nġibulek xi borma ikel?” Ma nkunux wisq ta’ għajnuna jekk noffrulhom xi ħaġa vaga, bħal, “Għidilna jekk nistgħu ngħinuk f’ xi ħaġa.”
Niddiskutu mas-Sieħeb jew is-Sieħba Tagħna
Peress li inti u sieħbek mhux dejjem tafu tkunu flimkien meta tagħmlu kuntatt mal-individwu jew mal-familja, huwa importanti ħafna li intom tikkoordinaw u tiddiskutu flimkien hekk kif it-tnejn li intom tfittxu d-don tal-ispirazzjoni. Dawn huma xi mistoqsijiet li tistgħu tikkunsidraw:
-
Kif u kemm-il darba tikkomunikaw bejnietkom bħala sħab xulxin?
-
Kif, kull wieħed u waħda minnkom tużaw il-ħiliet tagħkom b’ mod individwali biex timministraw il-bżonnijiet tal-familja jew tal-individwu?
-
X’ tgħallimtu, x’ esperjenzi kellkom, u x’ ħassejtu mill-aħħar darba li tkellimtu bejniekom dwar l-individwu jew il-familja?
Iddiskutu ma’ Oħrajn Assenjati Lilhom
Taf tkun ħaġa tajba li minn żmien għall-ieħor intom titkellmu ma’ dawk li ġew assenjati biex jimministraw lill-istess individwi jew familji bħalkom.
Nikkomunikaw biex Insolvu l-Isfidi
Il-Presbiteru Chi Hong (Sam) Wong tas-Sebgħin applika rakkont minn Mark 2 għal żmienna biex juri kif kien possibbli li fil-preżenza ta’ Ġesù, erbgħa min-nies isibu mod kif jgħinu raġel mifluġ, u dan wara li huma ddiskutew flimkien.
Jista’ jiġri b’ dan il-mod,” qal il-Presbiteru Wong. “Erba’ membri kienu qed iwettqu xogħol assenjat lilhom mill-isqof sabiex iżuru f’ daru wieħed raġel li kien mifluġ. … Fl-aħħar kunsill tal-qasam li kellhom, wara li ddiskutew flimkien dwar il-bżonnijiet fil-qasam, l-isqof inkarigahom sabiex imorru ‘isalvaw.’ Dawn l-erbgħa ġew inkarigati sabiex jgħinu lil dan ir-raġel. …
“[Meta huma waslu fil-bini fejn kien hemm Ġesù,] fil-kamra kien hemm wisq nies. Huma ma setgħux jidħlu mill-bieb. Jiena żgur li huma ppruvaw minn kollox, iżda sempliċiment ma setgħux jgħaddu. Huma ddiskutew flimkien dwar x’ kellhom jagħmlu—kif setgħu jieħdu r-raġel għand Ġesù Kristu biex ifejqu. … Huma ħarġu bi pjan—mhux wieħed faċli, iżda ħadmu flimkien skont il-pjan.
“… ‘Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ’ (Mark 2:4). …
“… ‘Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: Ibni, dnubietek maħfura’ (Mark 2:5).”2
Stedina biex Naġixxu
Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu talabna bil-ħerqa, “Iddiskutu flimkien, użaw ir-riżorsi kollha disponibbli, fittxu l-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, itolbu lill-Mulej għall-konferma Tiegħu, u mbagħad xammru l-kmiem u morru aħdmu.
“Jekk timxu ma’ dawn il-passi, intom tirċievu ċerta gwida speċifika bħal lil min, xiex, meta, u fejn tistgħu tipprovdu bil-mod kif irid il-Mulej.”3
© 2018 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/17. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/17. Traduzzjoni ta’ Ministering Principles, September 2018. Maltese. 15052 159