Prinċipji tal-Ministeru, Ottubru 2018
Nirċievu l-Għajnuna biex Ngħinu lil Ħaddieħor
Kif nistgħu ninvolvu lil ħaddieħor meta aħna stess inkunu neħtieġu l-għajnuna fl-isforzi tagħna biex nimministraw? Nipparteċipaw fl-intervisti tal-ministeru u fil-laqgħat tal-kunsill tal-ewwel Ħadd.
Meta, minħabba l-isklerożi multipla, Kathy spiċċat fuq siġġu tar-roti, hija sabet li kull filgħaxija kien se jkollha bżonn min jgħinha biex tmur minn fuq is-siġġu tagħha għal ġos-sodda. Kien diffiċli ħafna li membru wieħed waħdu jgħinha tagħmel dan. Għalhekk il-membri tal-kworum tal-presbiteri ddiskutew flimkien is-sitwazzjoni tagħha u ddeċidew li jagħmlu skeda biex kull filgħaxija jkun hemm xi ħadd li jista’ jmur jgħinha.1
Hekk kif aħna nsiru konxji tal-bżonnijiet u l-ħiliet ta’ dawk li lilhom aħna nservu, nafu nsibu li aħna stess inkunu neħtieġu l-għajnuna biex nilħqu l-bżonnijiet tagħhom. L-intervisti tal-ministeru u l-laqgħat tal-kunsill tal-ewwel Ħadd huma żewġ opportunitajiet fejn aħna nistgħu niddiskutu flimkien kif nistgħu ninvolvu b’ mod xieraq lil ħaddieħor.
Intervisti tal-Ministeru
Dawn l-intervisti erba’ darbiet fis-sena bejn l-aħwa nisa li jimministraw u l-presidenza tas-Soċjetà tal-Għajnuna u l-aħwa rġiel li jimministraw u l-presidenza tal-Kworum tal-Presbiteri huma l-uniku rapport formali li aħna nagħmlu rigward dawk li lilhom nimministraw. L-intervista hija opportunità li jkollna tal-anqas erba’ darbiet fis-sena biex (1) niddiskutu flimkien dwar il-ħiliet, il-bżonnijiet u l-isfidi tal-familji u l-individwi assenjati; (2) niddeterminaw xi bżonnijiet jistgħu jassistu fihom il-kworum, is-Soċjetà tal-Għajnuna jew il-kunsill tal-qasam; u (3) nitgħallmu mingħand il-mexxejja u niġu mħeġġa fl-isforz tagħna tal-ministeru.
Il-president tal-kworum tal-presbiteri u l-presidenza tas-Soċjetà tal-Għajnuna jikkomunikaw ċerti bżonnijiet importanti direttament mal-isqof u jirċievu kunsill u direzzjoni mingħandu.
Intom tistgħu ssibu aktar informazzjoni dwar l-intervisti tal-ministeru f’ ministering.lds.org.
Nagħmlu l-Intervisti tal-Ministeru aktar Sinifikanti
Biex ikompli jsostni d-dikjarazzjoni tal-President Russell M. Nelson li l-programm tal-ministeru se jkun bħal ċappetta li fuqha tiċċaqqlaq il-Knisja, il-Presbiteru Gary E. Stevenson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu għallem, “Ir-realizzazzjoni tal-viżjoni tiegħu … tista’ tiġi predikata minn kemm l-aħwa rġiel u nisa tal-ministeru jiġu mgħallmin tajjeb u kemm jingaġġaw ruħhom fl-intervista tal-ministeru.”2
Ħames ideat għall-aħwa rġiel u nisa tal-ministeru:
-
Morru għall-intervista lesti biex tirċievu l-kunsill. Kunu lesti li titgħallmu.
-
Kunu preparati biex tiddiskutu l-bżonnijiet liema bżonnijiet taf tkunu teħtieġu l-għajnuna biex tilħquhom.
-
Iffokaw fuq il-ħiliet u l-abbiltajiet tal-individwu, mhux biss fuq il-bżonnijiet.
-
Iddiskutu flimkien dwar l-eżitu tagħkom li jindika li l-ministeru tagħkom kien wieħed ta’ suċċess.
-
Ikkuntattjaw lill-presidenza biex jekk ikun hemm bżonn tiddiskutu magħhom fil-perjodu ta’ bejn l-intervista ta’ kull tliet xhur.
Ħames Ideat għall-mexxejja:
-
L-intervisti m’għanhomx għalfejn ikunu twal, iżda skedaw li jkollkom biżżejjed ħin titkellmu f’ post li jippermettilkom konverżazzjoni sinifikanti.
-
Ħudu l-opportunità li timministraw lill-aħwa li jimministraw.
-
Tistaqsux mistoqsijiet li jagħtu l-impressjoni li intom sempliċiment qegħdin tgħoddu l-għadd ta’ żjajjar jew timmarkaw ir-reġistru tagħkom (“Inti għamilt il-ministeru tiegħek?”). Staqsu mistoqsijiet li jirrinforzaw ċerta mġieba mixtieqa (“X’ suġġerimenti ħassejt hekk kif inti tlabt għall-familja? X’ ġara hekk kif inti aġixxejt skont dawk is-suġġerimenti?”).
-
Isma’ b’ sinċerità u ħu n-noti.
-
Iddiskutu flimkien. L-aħwa sħab tal-ministeru huma intitolati għar-rivelazzjoni għal dawk li huma assenjati biex jimministraw.
Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-Intervisti tal-Ministeru
X’inhi l-intervista tal-ministeru?
Hija diskussjoni bejn brother li jimministra u membru mill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jew bejn oħt li timministra u membru tal-presidenza tas-Soċjetà tal-Għajnuna f’ ambjent li jippermettilhom li jfittxu u jirċievu l-ispirazzjoni mingħand l-Ispirtu s-Santu. B’ riżultat ta’ dan, l-aħwa li jimministraw jistgħu jiġu ispirati li jħarsu, iħobbu, jgħallmu u jfarrġu bil-mod li jrid is-Salvatur.
Hemm bżonn li nkunu fiżikament flimkien waqt dawn l-intervisti ta’ kull tliet xhur?
Tipikament dawn l-intervisti jitmexxew fil-preżenza fiżika tal-persuna, iżda jistgħu jsiru wkoll permezz tat-telefon jew onlajn meta jkun diffiċli li tiltaqgħu wiċċ imb wiċċ. Ġeneralment, meta jkun xieraq, iż-żewġ kumpanji jipparteċipaw flimkien fl-intervista.
X’ inhu l-iskop tal-intervista tal-ministeru?
L-intervisti tal-ministeru huma opportunità għall-aħwa tal-ministeru biex jagħtu ħarsa lejn xi sitwazzjonijiet kurrenti, jagħmlu ċerti pjanijiet għall-futur, u jirċievu ċerta għajnuna meħtieġa għall-individwi jew il-familji li huma jimministraw. Hija opportunità biex huma jitkellmu dwar x’ riżorsi jistgħu jipprovdu lill-kworum u lis-Soċjetà tal-Għajnuna.
Kif nistgħu nittrattaw ċerti kwistjonijiet konfidenzjali jew sensittivi?
L-aħwa tal-ministeru jaqsmu biss ċerta informazzjoni konfidenzjali mal-president tal-kworum tal-presbiteri jew mal-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna—jew direttament mal-isqof. Ċerta informazzjoni konfidenzjali jew sensittiva m’għandhiex tissemma waqt il-laqgħat tal-kunsill tal-ewwel Ħadd.
Laqgħat tal-Kunsill tal-Ewwel Ħadd
Minbarra l-intervisti tal-ministeru, l-laqgħat tal-kunsill tal-ewwel Ħadd huma mod ieħor kif nistgħu ninvolvu lil ħaddieħor fil-ministeru. Fil-laqgħat tas-Soċjetà tal-Għajnuna u tal-kworum tal-presbiteri, dawk preżenti jistgħu jiksbu l-ispirazzjoni permezz tal-Ispirtu kif ukoll minn sħabhom fil-grupp.
L-għan tal-laqgħa tal-kunsill hu biex:
-
“Niddiskutu flimkien dwar ċerti responsabbiltajiet, opportunitajiet u sfidi lokali;
-
“Nitgħallmu mill-ideat u l-esperjenzi ta’ xulxin; u
-
“Nippjanaw modi biex naġixxu skont is-suġġerimenti li aħna nirċievu mingħand l-Ispirtu.”3
Il-laqgħat tal-kunsill huma ferm aktar minn sempliċiment diskussjonijiet; il-laqgħat iwassluna biex naġixxu bħala individwi jew bħala grupp kif niġu ispirati mill-Ispirtu. Il-membri jistgħu jħossu fihom xewqa li jwettqu l-ħidma tal-Mulej b’ riżultat ta’ dawn il-laqgħat.
Stedina biex Naġixxu
“It-talba tagħna llum,” qal il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “hi li kull raġel u mara—u l-ġuvintur u t-tfajliet akbar tagħna—iħallu din il-konferenza ġenerali aktar lesti biex b’ impenn u mħabba jieħdu ħsieb xulxin, fejn il-motivazzjoni tagħhom li jagħmlu dan tkun biss l-imħabba safja ta’ Kristu.”4
© 2018 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/17. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/17. Traduzzjoni ta’ Ministering Principles, Ottubru 2018. Maltese. 15053 159