2020
Nimministraw permezz tal-Konferenza Ġenerali
April 2020


“Nimministraw permezz tal-Konferenza Ġenerali,” Liahona, April 2020

Immaġni
ministeru

Prinċipji tal-Ministeru, April 2020

Nimministraw permezz tal- Konferenza Ġenerali

Bil-kwotazzjonijiet mill-aktar edifikanti kollha, bit-tradizzjonijiet tal-familja, u bit-tagħlim mingħand il-qaddejja tal-Mulej, il-konferenza ġenerali tagħtina bosta modi kif nistgħu nimministraw—qabel, waqt, u wara t-tmiem il-ġimgħa tal-konferenza ġenerali!

Bħala għalliema tal-klassi tat-tħejjija għall-missjoni, Susie u Tom Mullen iħeġġu regolarment lill-membri tal-klassijiet tagħhom ħalli jistiednu lil xi ħadd biex isegwi l-konferenza ġenerali.

“Li tistieden lil xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa hija parti integrali mill-ħidma missjunarja, u dik tapplika wkoll għall-ministeru,” tgħid hi. “L-istudenti tagħna jirrapportaw lura regolarment dwar kemm din il-ħaġa rriżultat tajjeb kemm għalihom kif ukoll għall-persuni li huma stiednu.”

Dawn huma wħud mill-modi kif l-istudenti tagħhom irrapportaw kif jilħqu lil ħaddieħor:

  • “Aħna nimministraw lil wieħed ħabib li jinsab jiffaċċja ċerti sfidi. Aħna stedinnieh biex jisma’ l-konferenza ġenerali biex jikseb tweġiba. Meta aħna ltqajna miegħu wara l-konferenza, huwa qalilna li hu sema’ bosta ideat li setgħu jgħinuh.”

  • “Aħna organizzajna riċeviment tal-konferenza ġenerali u kulħadd ġab miegħu xi ħaġa tajba biex jaqsamha ma’ ħaddieħor. Tant ħadna gost li ddeċidejna li nerġgħu nagħmluha.”

  • “Jiena stedint ħabib biex isegwi l-konferenza ġenerali miegħi. Hekk kif aħna konna qed nitkellmu dwarha, iddeċidejna li nsuqu lejn id-dar tal-laqgħat biex naraw nistgħux nsegwuha hemmhekk. Hekk għamilna, u li konna hemm kienet esperjenza mill-aqwa!”

Kif tgħallmu kemm il-koppja Mullen kif ukoll l-istudenti tagħhom, hemm ħafna modi kif nistgħu nimministraw permezz tal-konferenza ġenerali. Huwa mod meraviljuż li nistgħu naqsmu ċerti kwotazzjonijiet edifikanti, tradizzjonijiet tal-familja, diskussjonijiet sinifikanti, u t-tagħlim tal-qaddejja tal-Mulej!

Stiednu Oħrajn fi Djarkom

“Is-Salvatur talab lid-dixxipli Tiegħu biex ‘tħobbu lil xulxin; bħalma ħabbejtkom jien’ (Ġwanni 13:34). Għalhekk inħarsu lejn kif ħabbna Hu. … Jekk aħna nagħmlu lilu bħala l-mudell li nimxu warajh, għandna dejjem nippruvaw nilħqu lil ħaddieħor b’mod li ninkludu lil kulħadd.” —il-President Dallin H. Oaks1

Snin ilu l-għalliem tad-dar mill-aktar meraviljuż tagħna Mike innota li jiena u t-tliet uliedi kull ma kellna kien laptop żgħir biex fuqu stajna nsegwu l-konferenza ġenerali. Huwa immedjatament stieden lilna biex immorru d-dar tiegħu biex insegwuha flimkien miegħu u ma’ martu, Jackie, fejn insistew li huma jieħdu pjaċir bina. Uliedi kienu verament ferħanin li kienu se jaraw il-konferenza fuq televixin ta’ vera; jiena apprezzajt ħafna s-sapport tagħhom; u aħna lkoll ħadna ħafna pjaċir flimkien.

Wara dak inhar, saret tradizzjoni għalina li nsegwu l-konferenza ġenerali flimkien. Anke meta xtrajna t-televixin tagħna, aħna xorta bqajna mmorru ferħanin għand Mike u Jackie għall-konferenza ġenerali, bl-imħaded u t-takkwini tagħna, u b’xi ħaġa xi nnaqqru.. Li nisimgħu l-kliem tal-profeti flimkien kien jagħmilha aktar speċjali. Aħna sirna qisna familja. Mike u Jackie saru fost l-akbar ħbieb tiegħi u t-tieni nanniet għal uliedi. L- imħabba u l-ħbiberija tagħhom kienu barka inkredibbli għall-familja tiegħi. Jiena grata għad-dispożizzjoni tagħhom li jiftħu darhom u qalbhom għalina.

Suzanne Erd, Kalifornja, Stati Uniti tal-Amerika

Prinċipji x’Nikkunsidraw

“Ninnutaw”

Is-Salvatur b’imħabba ddedika ħin biex jara l-bżonnijiet tal-oħrajn u mbagħad aġixxa biex jilħaq dawk il-bżonnijiet (ara Mattew 9:35–36; Ġwanni 6:5; 19:26–27). Aħna nistgħu nagħmlu l-istess.

“Immedjatament nistiednu”

Wara li ninnutaw il-bżonnijiet ta’ dawk li lilhom nimministraw, il-pass li jmiss hu li naġixxu.“Nisimgħu l-kliem tal-profeti”

Għandna “niltaqgħu flimkien ta’ spiss” (Moroni 6:5) biex nitgħallmu flimkien, nikbru flimkien, u nitkellmu dwar il-ħwejjeġ spiritwali li huma l-aktar importanti għal ruħna.

“Ejjew, isimgħu leħen il-profeta, u iftħu widnejkom għall-kelma ta’ Alla”2 taf tkun waħda mill-aktar stediniet importanti li aħna nistgħu nestendu lil dawk li lilhom nimministraw.

“Imħabba u ħbiberija”

Biex verament ngħinu u ninfluwenzaw lil ħaddieħor, jeħtieġ li nibnu relazzjonijiet b’kompassjoni u “imħabba ġenwina” (ara Doctrine and Covenants 121:41).

Aqsmu fuq l-Internet

“Il-paġni tal-midja soċjali huma għodda globali li tista’ tħalli impatt personali u pożittiv fuq numru kbir ta’ individwi u familji. U jiena nemmen li wasal iż-żmien biex aħna bħala dixxipli ta’ Kristu nużaw din l-għodda ispirata b’mod xieraq u aktar effettiv biex nixhdu dwar Alla l-Missier Etern, dwar il-pjan Tiegħu ta’ ferħ għal uliedu, u dwar Ibnu, Ġesù Kristu, bħala s-Salvatur tad-dinja.” —Il-Presbiteru David A. Bednar3

L-internet jagħtina l-opportunità li naqsmu l-evanġelju mad-dinja kollha. Din ħaġa li verament inħobb! Jiena naqsam ma’ oħrajn xi ftit attivitajiet għall-konferenza ġenerali, iżda l-aktar importanti nipprova ngħin lil ħaddieħor joħloq diskussjoni mid-diskors mogħti fil-konferenza ġenerali. Li naraw x’mistoqsijiet għandu ħaddieħor ħafna drabi jgħinna nħarsu lejn l-affarijiet minn perspettiva ġdida u jaf iwassal biex aħna stess nistaqsu mistoqsijiet importanti.

Jiena sibt li hekk kif intom tużaw il-mistoqsijiet biex tiddiskutu d-diskors tal-konferenza ġenerali mal-familji li lilhom timministraw, dan jgħinkom taraw x’inhuma l-abbiltajiet tagħhom kif ukoll il-bżonnijiet tagħhom. Waħda mill-mistoqsijiet favoriti tiegħi li nħobb nistaqsi hi, Xi tħossu li kienet it-tema tal-aktar sessjoni riċenti tal-konferenza ġenerali?

It-tweġiba kważi dejjem twasslek biex tara x’inhu għaddej f’ħajjithom u x’inhu importanti għalihom. Tagħtik l-opportunità li ssir membru li jimministra aħjar għaliex tkun tista’ tarahom b’aktar ċarezza.

Camille Gillham, Colorado, Stati Uniti tal-Amerika

Prinċipji x’Nikkunsidraw

“Aqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor”

Aħna għamilna patt li “se nieqfu bħala xhieda ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u kullimkien” (Mosiah 18:9).

“Oħolqu diskussjoni”

Il-messaġġi tal-konferenza ġenerali jistgħu jispiraw konversazzjonijiet mill-aktar meraviljużi, relevanti, u mmexxija mill-ispirtu. U dawn it-tip ta’ diskussjonijiet jistgħu jsaħħu r-relazzjonijiet tagħkom, jgħinu t-testimonjanza tagħkom tikber, u jġibulkom il-ferħ! (ara Doctrine and Covenants 50:22).

“Użaw il-mistoqsijiet”

“Mistoqsijiet tajbin jgħinukom tifhmu l-interessi, it-tħassib, jew il-mistoqsijiet li għandu ħaddieħor. Dawn jistgħu jtejbu t-tagħlim tagħkom, jistiednu l-Ispirtu, u jgħinu lin-nies jitgħallmu.”4

Noti

  1. Dallin H. Oaks, “Love and the Law” (vidjo), mormonandgay.ChurchofJesusChrist.org.

  2. “Come, Listen to a Prophet’s Voice,” Hymns, no. 21.

  3. David A. Bednar, “Flood the Earth through Social Media,” Liahona, Aww. 2015, 50.

  4. Preach My Gospel: A Guide to Missionary Service (2004), 185.

Ipprintja