“Naqsmu d-Dawl tas-Salvatur ma’ Ħaddieħor fil-Milied,” Liahona, Diċembru 2020
Prinċipji tal-Ministeru, Diċembru 2020
Naqsmu d-Dawl tas-Salvatur ma’ Ħaddieħor fil-Milied
Ikkunsidraw lil dawk li timministraw. Kif tistgħu tgħinuhom jersqu aktar viċin ta’ Kristu dan il-Milied?
Filwaqt li niftakru fis-Salvatur Ġesù Kristu s-sena kollha, il-Milied huwa ż-żmien meta aħna niċċelebraw l-akbar rigal li qatt ingħata: “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni” (Ġwanni 3:16). Hekk kif fil-Milied aħna nimministraw, aħna wkoll nistgħu nagħtu rigali li jgħinu lil ħaddieħor jersaq aktar viċin is-Salvatur. Hi ħaġa meraviljuża li nħarsu lejna nfusna bħala dawk li jirriflettu r-rigal mogħti minn Missierna fis-Smewwiet.
Jien Għadni Ngħożż ir-Rigal
Susan Hardy, California, Stati Uniti tal-Amerika
Meta kelli 11-il sena, l-għalliem tiegħi tal-Iskola tal-Ħadd, Ħuna Deets, qal lill-membri tal-klassi tagħna li jekk aħna nimmemorizzaw l-Artikli tal-Fidi u nispjegawlu xi jfissru, hu kien se jixtrilna sett ta’ skrittura li tkun tagħna.
Ħuna u Oħtna Deets kienu koppja żagħżugħa, miżżewġin friski. Ma kontx ċerta jekk Ħuna Deets kienx jaffordja jixtri rigal għal kull persuna. Iżda jiena ddeċidejt li jekk hu ħaseb li l-Artikli tal-Fidi kienu importanti biżżejjed biex aħna nimmemorizzawhom, jien kont lest nidħol għal din l-isfida.
Wara li kont temmejt it-13 li huma, għadda ż-żmien u kont insejt dwar il-wegħda tiegħu.
Imbagħad, f’Jum il-Milied, jiena rċevejt pakkett li fuqu kien hemm ismi. Ftaħtu u sibt sett ta’ skrittura li kienet se tkun tiegħi biss, flimkien ma’ kartolina li fiha kiteb kliem biex iħeġġiġni naqraha regolarment. Dan seħħ fl-1972, u sal-lum għad għandi dik l-iskrittura. Għalija hija verament prezzjuża.
Mhux minħabba l-valur monetarju tar-rigal iżda minħabba s-sens ta’ tjubija li hu wera miegħi u s-sagrifiċċju li kien lest jagħmel għalija, li ħalla fija xewqa profonda li nistudja l-kelma ta’ Alla. Jiena ppruvajt nimxi wara l-eżempju tal-ministeru ta’ Ħuna Deets billi lil dawk ta’ madwari nagħtihom rigali sinifikanti, bit-tama li nista’ nbierek il-ħajja ta’ ħaddieħor kif hu bierek tiegħi.
Stedina biex Nagħmlu l-Parti Tagħna
Richard M. Romney, Utah, Stati Uniti tal-Amerika
Meta dawk li kienu qed jipparteċipaw fir-riċeviment tal-Milied tal-qasam tagħna staqsewni biex immur inżur lil membru anqas attiv u nistiednu biex jipparteċipa fil-programm, nammetti li ħassejtni xi ftit nervuż. Ma’ Darren kont iltqajt darba biss qabel, meta xi żmien qabel konna ħadna sehem f’attività tal-qasam. Ma’ rasu hu kien liebes bandana. Ix-xagħar twil u abjad tiegħu kien marbut f’toppu, kellu daqna bajda u goffa, u dirgħajh kienu mimljia tpinġija.
Issa jien, flimkien ma’ membru tal-kumitat, kont ninsab wieqaf quddiem il-bieb ta’ Darren, mhux ċert x’kien se jgħidilna. Hu qalilna biex nidħlu ġewwa, u għidnielu għalfejn konna morna hemm. Huwa qal, “O, nixtieq nagħmel dan!”
Hu għamel biċċa xogħol verament tajba, fejn għen biex l-attività tkun waħda aktar sinifikanti għal ħafna nies. Ftit ħin wara, jiena u l-kollega tiegħi fil-ministeru ġejna mitlubin biex inżuru regolarment lil Darren. Hu dejjem kien jidher ferħan meta jiltaqa’ magħna, u kellna għadd ta’ konverżazzjonijiet mill-aktar interessanti bejnietna. Jiena grat li l-ispirazzjoni biex nistiednu ħalli jipparteċipa fil-programm ta’ attività tal-qasam wasslet għal relazzjoni speċjali bejnietna.
Nimministraw lil Ħaddieħor fil-Milied
Dawn huma xi affarijiet li tistgħu tagħmlu biex taraw li dawk li intom timministraw isiru jafu li huma jinsabu fi ħsibijietkom, partikolarment f’dan iż-żmien tas-sena.
-
Xi kultant, sempliċiment telefonata jew messaġġ bil-mowbajl jafu jagħmlu l-mirakli. Li naqbdu konverżazzjoni b’sempliċiment “Allura, xi tgħidli?” taf tagħmel differenza.
-
Meta jkun xieraq ingħaqdu magħhom fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom. Il-Milied jaf ikun żmien mill-aqwa biex nitgħallmu dwar it-twemmin li għandna komuni bejnietna. Meta intom taqsmu t-twemmin tagħkom ma’ ħaddieħor u tisimgħuhom, intom tiftħu l-bieb għal għarfien akbar.
-
Itolbu għalihom b’isimhom. Itolbu lill-Missier fis-Smewwiet biex jgħinkom taħsbu dwar modi kif jista’ jressaqkom aktar viċin ta’ Ibnu.
-
Ħafna drabi l-aktar li nibqgħu niftakru huma r-rigali sempliċi. Ir-rigali m’hemmx għalfejn ikunu elaborati biex ngħożżuhom. Ir-rigal tal-ħin, ir-rigal li wieħed jisma’, li naqsmu ritratt jew memorja ma’ ħaddieħor—dawn kollha jistgħu jkunu rigali tal-qalb.
-
Agħtu r-rigal tat-testimonjanza. Itolbuhom biex jaqsmu magħkom l-imħabba tagħhom lejn is-Salvatur, u offru li min-naħa tagħkom tagħmlu l-istess.
-
Stiednu lil ħaddieħor biex jattendi xi servizz tal-Milied. Xi nies iridu jqimu iżda ma jafux fejn għandhom imorru. Stednuhom biex jiġu jqimu magħkom.
-
Imlew djarhom bil-paċi. Għidulhom li l-missjunarji għandhom messaġġ tal-Milied speċjali x’jaqsmu magħhom, wieħed li jwassal it-tama u l-imħabba f’qalbhom.
Imministraw lil Kulħadd bħala Kongregazzjoni
Kull kongregazzjoni għandha l-bżonnijiet uniċi tagħ h na. Xi wħud jibbenifikaw meta tiġi organizzata xi attività akbar. Kongregazzjonijiet oħra jistgħu jibbenifikaw minn xi ħaġa żgħira u sempliċi. Dawk involuti fl-ippjanar u fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet jikkunsidraw bl-għajnuna tat-talb kif jistgħu jilħqu l-bżonnijiet li jeżistu.
-
Għadd ta’ membri minn tliet utied f’Pariġi, Franza, għenu biex issir serata Daw w lu d-Dinja li kienet tinkludi wirja ta’ talent u wirja tal-moda. Huma ħejjew affarijiet li ġew mogħtija lir-refuġjati u lil nies li kienu jinsabu bla saqaf fuq rashom.
-
Il-Wited Ċentrali ta’ Charlotte North Carolina organizza avveniment għall-komunità, “Milied madwar id-Dinja”, flimkien ma’ riċeviment biex jiċċelebraw lil Kristu permezz tal-ikel, b’wirjiet tradizzjonali tal-Milied, mużika, proġetti ta’ servizz, u natività tat-tfal b’tema internazzjonali.
-
Il-membri tal-Wited ta’ Vero Beach Florida ngħaqdu flimkien fil-komunità biex ifakkru għalfejn niċċelebraw il-Milied. Huma taw donazzjoni ta’ ġugarelli lil għadd ta’ karitajiet fil-komunità. Kien hemm programm mill-kor tal-Primarja, u bosta knejjes kellhom kabini li minnhom bdew juru ċerta informazzjoni.
-
Il-Wited ta’ Jacksonville Florida South Stake ippreżenta produzzjoni għall-komunità, Salvatur tad-Dinja .
© 2020 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Printed in USA. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Ministering Principles, December 2020. Maltese. 16727 159