L-Użu ta’ Dan il-Ktieb
L-arti f’ dan il-ktieb hija mqassma f’ sitt sezzjonijiet: It-Testment il-Qadim, it-Testment il-Ġdid, il-Ktieb ta’ Mormon, l-Istorja tal-Knisja, l-Evanġelju fl-Għemejjel, u Profeti tal-Aħħar Jiem. Tista’ tuża dawn l-istampi biex titgħallem u tgħallem fid-dar jew fil-knisja. Il-lista li ssib taħt tagħtik titlu sabiex jiddeskrivi kull stampa kif ukoll bħala referenza għall-iskrittura u sorsi oħra li jistgħu jiġu wżati sabiex titgħallem dwar dawn l-istampi u biex tkun tista’ tiddiskuti dwarhom. Meta inti tfittex l-iskrittura u s-sorsi li qed jakkumpanjaw dawn l-istampi, inti tkabbar l-għarfien tiegħek dwar il-ġrajjiet u l-prinċipji tal-evanġelju li huma qed juruk. Ikkunsidra l-ideat li ġejjin meta inti tuża l-istampi u r-referenzi tagħhom:
-
Stieden lil xi individwi sabiex ifittxu l-iskrittura jew xi sorsi oħra li jkunu qed jakkumpanjaw dik l-istampa partikolari. Itlobhom sabiex jaqraw jew jgħidu xi ħaġa fi kliemhom waqt id-diskussjoni tal-istampa.
-
Itlob lill-membri tal-familja jew tal-klassi sabiex jiddeskrivu dak li jaraw fl-istampa jew kif iħossuhom meta jaraw l-istampa. X’ prinċipji tal-evanġelju nistgħu nitgħallmu permezz ta’ dik l-istampa? Kif tista’ tapplika għal ħajjitna llum?
-
Stieden lil individwi sabiex iduru l-istampi weħidhom. Jistgħu forsi jagħżlu żewġ stampi biex iqabbluhom flimkien. L-osservazzjonijiet u l-mistoqsijiet tagħhom dwar dak li huma jkunu qed jaraw jistgħu jwasslu għal konverżazzjoni dwar l-iskrittura u dwar il-prinċipji tal-evanġelju.