Ejjew, Imxu Warajja
Ngħallmu, Nitgħallmu, u Napplikaw il-Messaġġi mill-Konferenza Ġenerali
Il-Kworums tal-Presbiteri u s-Soċjetajiet tal-Għajnuna għandhom irwol importanti ħafna fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. Matul l-laqgħat tal-Ħadd tagħhom, huma jiddiskutu kif japplikaw it-tagħlim tal-messaġġi tal-konferenza ġenerali riċenti fl-isforzi tagħhom f’din il-ħidma. Il-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tal-Għajnuna jagħżlu messaġġ mill-konferenza biex jitgħallmu minnu matul kull laqgħa tal-Ħadd, ibbażat fuq il-bżonnijiet tal-membri u l-gwida mill-Ispirtu. Xi kultant, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ wkoll jissuġġerixxi xi messaġġ. Ġeneralment, il-mexxejja għandhom jagħżlu messaġġi mingħand il-membri tal-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. Madankollu, jista’ jiġi diskuss kwalunkwe messaġġ mill-aktar konferenza riċenti.
L-għalliema jiffokaw fuq kif jgħinu lill-membri japplikaw f’ħajjithom il-messaġġi tal-konferenza ġenerali. Il-mexxejja u l-għalliema għandhom isibu modi kif iħeġġu lill-membri jistudjaw il-messaġġi magħżula qabel il-laqgħat.
Għal aktar informazzjoni dwar il-laqgħat tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tal-Għajnuna, ara General Handbook: Serving in The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints, 8.2.1.2, 9.2.1.2, ChurchofJesusChrist.org.
Tħejjija biex Tgħallmu
Il-mistoqsijiet li ġejjin jistgħu jgħinu lill-għalliema hekk kif huma jippjanaw li jużaw xi messaġġ mill-konferenza ġenerali biex jgħallmu. Kif inhu meħtieġ, l-għalliema jiddiskutu mal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna huma u jixtarru dawn il-mistoqsijiet.
-
Għalfejn il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna għażlu dan il-messaġġ biex jiddiskutuh? X’qegħdin jittamaw li l-membri se jkunu jafu u jagħmlu wara li jiddiskutu dan il-messaġġ?
-
X’inhu dak li l-kelliem irid lil membri li jifhmu? X’prinċipji tal-evanġelju qiegħed jgħallem? Dawn il-prinċipji kif japplikaw għal kworum tal-presbiteri tiegħi jew għas-Soċjetà tal-Għajnuna tiegħi?
-
Xi skrittura uża l-kelliem biex jissapportja l-messaġġ tiegħu? Hemm xi skrittura oħra li l-membri jistgħu jaqraw li twassal biex ikabbru l-għarfien tagħhom? (Intom tafu ssibu xi wħud minn din l-iskrittura fin-noti tal-aħħar tal-messaġġ jew fil-Gwida tas-Suġġetti [scriptures.ChurchofJesusChrist.org])
-
X’mistoqsijiet nista’ nistaqsi li jistgħu jgħinu lill-membri jixtarru u japplikaw it-tagħlim fil-messaġġ? X’mistoqsijiet jistgħu jgħinuhom jaraw ir-relevanza ta’ dan it-tagħlim f’ħajjithom, fil-familji tagħhom, u fil-ħidma tal-Mulej?
-
X’nista’ nagħmel biex nistieden l-Ispirtu fil-laqgħa tagħna? X’nista’ nuża biex intejjeb id-diskussjoni, inkluż stejjer, analoġiji, mużika, u xogħol tal-arti? X’għamel il-kelliem biex jgħin lill-membri jifhmu l-messaġġ tiegħu?
-
Il-kelliem estenda xi stedina? Kif nista’ ngħin lill-membri jħossu x-xewqa li jaġixxu skont dik l-istedina?
Ideat għall-Attività
Hemm ħafna modi kif l-għalliema jistgħu jgħinu lill-membri jitgħallmu u japplikaw il-messaġġi tal-konferenza ġenerali. Li ġejjin huwa xi ftit eżempji; jista’ jkun li l-għalliema jkollhom xi ideat oħra li jafu jkunu aktar effettivi fil-kworum tal-presbiteri jew fis-Soċjetà tal-Għajnuna tagħhom.
-
Napplikaw il-veritajiet f’ħajjitna. Stiednu lill-membri biex jagħtu ħarsa lejn il-messaġġ tal-konferenza billi jfittxu għal veritajiet li jistgħu jgħinuhom iwettqu l-ħidma li Alla tahom bħala individwi jew bħala kworum tal-presbiteri jew Soċjetà tal-Għajnuna. Per eżempju, x’nitgħallmu li jista’ jgħinna bħala ministri? bħala ġenituri? bħala membri missjunarji? Dan il-messaġġ kif jinfluwenza l-ħsibijietna, is-sentimenti, u l-għemejjel tagħna?
-
Niddiskutu fi gruppi. Aqsmu l-membri fi gruppi żgħar, u assenjaw lill-membri ta’ kull grupp biex jaqraw u jiddiskutu sezzjoni differenti mill-messaġġ tal-konferenza. Imbagħad staqsu lil kull grupp biex jaqsmu l-verità li sabu u kif din japplika għalihom. Jew inkella tistgħu toħolqu gruppi magħmulin minn membri li studjaw sezzjonijiet differenti tal-messaġġ u ħalluhom jaqsmu ma’ xulxin x’ikunu sabu.
-
Infittxu tweġibiet għal mistoqsijiet. Stiednu lill-membri biex iwieġbu ċerti mistoqsijiet bħal li ġejjin dwar il-messaġġ mill-konferenza: X’veritajiet tal-evanġelju nistgħu nsibu f’dan il-messaġġ? Aħna kif nistgħu napplikaw dawn il-veritajiet? Xi stediniet jew barkiet imwiegħda ngħataw fil-messaġġ? X’jgħallimna dan il-messaġġ dwar il-ħidma li Alla jridna nwettqu? Jew forsi toħolqu xi ftit mistoqsijiet minn tagħkom stess li jinkuraġġixxu l-membri biex jaħsbu fil-fond dwar il-messaġġ jew japplikaw il-veritajiet li jgħallem. Ħallu lill-membri jagħżlu waħda minn dawn il-mistoqsijiet u jsibu t-tweġibiet fil-messaġġ.
-
Naqsmu magħhom kwotazzjonijiet mill-messaġġ. Stiednu lill-membri biex jaqsmu xi kwotazzjonijiet mill-messaġġ tal-konferenza li jispirawhom biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. Ħeġġuhom biex jikkunsidraw kif huma jistgħu jaqsmu dawn il-dikjarazzjonijiet biex ibierku lil ħaddieħor, fosthom lill-maħbubin tagħhom u n-nies li huma jimministraw.
-
Aqsmu mal-oħrajn lezzjoni b’użu ta’ oġġetti. Stiednu minn qabel xi ftit membri biex iġibu magħhom xi oġġetti mid-dar li jistgħu jużaw biex jgħallmu dwar il-messaġġi mill-konferenza. Matul il-laqgħa, staqsi lill-membri biex jispjegaw kif dawn l-oġġetti jirrelataw mal-messaġġ u kif il-messaġġ japplika għal ħajjithom.
-
Inħejju lezzjoni biex ngħallmuha fid-dar. Itolbu lill-membri biex, tnejn tnejn, jippjanaw lezzjoni għal-lejla d-dar ibbażata fuq il-messaġġ mill-konferenza. Jistgħu jwieġbu mistoqsijiet bħal dawn: Kif nistgħu nagħmlu l-messaġġ relevanti għall-familji tagħna? Kif nistgħu naqsmu dan il-messaġġ man-nies li lilhom nimministraw?
-
Naqsmu l-esperjenzi. Aqraw flimkien diversi dikjarazzjonijiet mill-messaġġ tal-konferenza. Itolbu lill-membri biex jaqsmu ċerti eżempji mill-iskrittura u minn ħajjithom li juru jew jirrinforzaw id-duttrina mgħallma f’dawn id-dikjarazzjonijiet.
-
Insibu frażi. Stiednu lill-membri biex fil-messaġġ tal-konferenza huma jfittxu xi frażijiet li għalihom għandhom sinifikat. Itolbuhom jaqsmu dawn il-frażijiet u x’tgħallmu minnhom mal-oħrajn. Itolbuhom jaqsmu mal-oħrajn kif dan it-tagħlim jgħinhom iwettqu l-ħidma tal-Mulej.
Għal iktar ideat fuq kif tistudjaw u tgħallmu mill-messaġġi tal-konferenza ġenerali, araw “Ideas for Learning and Teaching from General Conference.” (Ikklikkjaw “Ideas for Study” taħt “General Conference” fil-Gospel Library.)