Struzzjonijiet għall-Mexxejja: L-użu tal-formoli tal-Pjan tal-Awto-Dipendenza


Il-formoli l-ġodda tal-Pjan tal-Awto-Dipendenza u l-Gwida tal-Isqof għall-Pjan tal-Awto-Dipendenza se jieħdu post il-formoli kurrenti tal-Analiżi tal-Bżonnijiet u r-Riżorsi u s-Suppliment tal-Analiżi tal-Bżonnijiet u r-Riżorsi. Il-formoli l-ġodda ġew maħluqa biex jgħinu lill-isqfijiet u l-presidenti tal-fergħa biex b’mod aktar effettiv jgħinu lil dawk li jirċievu l-assistenza tal-welfer u jmexxuhom tul it-triq li twassal għall-awto-dipendenza.

Gwida tal-Isqof għall-Pjan tal-Awto-Dipendenza. L-Isqfijiet u l-presidenti tal-fergħa jużaw din il-formola biex jippjanaw u jżommu taħt ħarsithom l-assistenza tal-welfer u jsegwu l-pjanijiet personali tal-awto-dipendenza tal-membri.

Pjan tal-Awto-Dipendenza. Il-membri jużaw din il-formola weħidhom jew bl-assistenza ta’ xi ħadd li jiggwidahom. Il-formola tgħin lill-membri jevalwaw il-bżonnijiet, id-dħul u l-ispejjeż tagħhom; jidentifikaw ir-riżorsi disponibbli; jidentifikaw is-servizz li huma jistgħu joffru biex ipattu għall-assistenza li jirċievu; u jiżviluppaw il-pjan personali tagħhom biex isiru aktar awto-dipendenti.

Il-membri fil-bżonn ħafna drabi jiġu identifikati minn ħuthom li jimministrawlhom, minn xi membri jew mexxejja oħra tal-Knisja, jew mill-isqof. Jafu anke jmorru huma stess ifittxu l-għajnuna tal-isqof.

L-isqof jiltaqa’ mal-membri fil-bżonn u jiddiskuti magħhom xi sfidi jkunu qed jiffaċċjaw. Imbagħad l-isqof jaf jistieden xi mexxej jew xi ħadd ieħor li jista’ jiggwidahom biex jgħinhom jimlew il-formola tal-Pjan tal-Awto-Dipendenza. Wara li jara dan il-pjan, l-isqof ikun jista’ jifhem aħjar kif għandu jipprovdi assistenza tal-welfer effettiva. L-isqof, jew xi mexxej assenjat, isegwi regolarment lil dan il-membru biex jiddiskutu ċerti bżonnijiet, problemi u progress addizzjonali li jkunu ġew indikati fil-pjan.

Formoli

Gwida tal-Isqof għall-Pjan tal-Awto-Dipendenza

Iddawnlowdja l-Pjan tal-Awto-Dipendenza