“Ġesù Tgħammed,” Ħabib, Frar 2021
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Frar 2021
Ġesù Tgħammed
Ġwanni l-Battista kien profeta kbir. Hu għallem lin-nies biex jindmu u għammidhom.
Darba waħda Ġwanni kien qed jgħammed lin-nies fix-Xmara Ġordan. Ġie Ġesù u staqsa lil Ġwanni biex jgħammdu. Ġwanni kien jaf li Ġesù ma kellu l-ebda dnub. Mela għalfejn Ġesù ried jitgħammed?
Ġesù qal li Hu kellu bżonn jobdi l-kmandamenti kollha. Li titgħammed huwa kmandament.
Wara li Ġwanni għammed lil Ġesù, feġġet ħamiema biex turi li l-Ispirtu s-Santu kien preżenti. Leħen Missierna fis-Smewwiet instema’ jgħid mis-smewwiet, “Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi” (Mattew 3:17).
Aħna nistgħu nobdu l-kmandamenti u nagħżlu li nitgħammdu, bħal Ġesù. Imbagħad nistgħu niġu kkonfermati u jkollna wkoll id-don tal-Ispirtu s-Santu.
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, January 2021. Maltese. 17464 159