“Irrid Nimxi Wara Ġesù,” Ħabib, Marzu 2021
Stejjer ta’ Ġesù
Irrid Nimxi Wara Ġesù
Darba waħda Ġesù tela’ fuq dgħajsa. Hu talab lis-sajjieda biex iniżżluha fl-ilma. Hu qagħad bilwieqfa fuq id-dgħajsa u għallem lill-miġemgħa li kienet tinsab max-xatt.
Imbagħad Ġesù qal lil wieħed sajjied jismu Pietru biex jitfa’ x-xbiek tiegħu fl-ilma. Pietru qal li f’ġurnata sħiħa ma kien qabad xejn, iżda kien lest li jerġa’ jipprova. Din id-darba, Pietru qabad biżżejjed ħut b’kemm jesgħu żewġ dgħajjes!
Ġesù talab lis-sajjieda biex iħallu d-dgħajjes tagħhom u jimxu warajh. Hu riedhom ikunu d-dixxipli tiegħu.
Id-dixxipli ta’ Ġesù semgħu x’kellu xi jgħid hekk kif Hu għallem dwar Missierna fis-Smewwiet. Huma raw lil Ġesù jfejjaq lill-morda u juri mħabbtu lejn ħaddieħor. Wara li miet Ġesù, id-dixxipli għamlu dak li rawh jagħmel. Huma għallmu, fejqu, u ħabbew lil ħaddieħor.
Jien nista’ ngħallem lil ħaddieħor dwar Ġesù b’dak li ngħid u nagħmel. Jien nista’ nfejjaq is-sentimenti mweġġa’ ta’ ħaddieħor permezz tat-tjubija. Jien nista’ nagħti sehmi biex nieħdu ħsieb dawk li huma morda jew foqra. Jiena se nuri mħabbti, bħal Ġesù.
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, March 2021. Maltese. 17466 159