2021
Ġesù Tana s-Sagrament
Ġunju 2021


“Ġesù Tana s-Sagrament,” Ħabib, Ġunju 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Ġunju 2021

Ġesù Tana s-Sagrament

Luqa 22–24

l-Aħħar Ikla

Illustrazzjonijiet minn Apryl Stott

Ġesù kien jaf li żmienu fid-dinja kien riesaq lejn tmiemu. Hu ġabar flimkien lill-Appostli tiegħu għall-Aħħar Ikla. Hu tahom is-sagrament u talabhom biex dejjem jiftakru fih.

Ġesù fil-Ġnien tal-Ġetsemani

Ġesù mar fil-ġnien biex jitlob. Hu bata għad-dnubiet u l-affarijiet ta’ niket kollha fil-ħajja ta’ kull bniedem. Imbagħad Huwa miet fuq salib u ndifen f’qabar.

nisa jżuru l-qabar ta’ Ġesù

Fl-għodwa tal-Ħadd wara li miet Ġesù, xi nisa marru jżuru l-qabar. Il-blata ta’ quddiem il-bieb kienet ġiet imgerrba, u l-qabar kien vojt! Fejn kien Ġesù?

Ġesù jitkellem ma’ Marija ta’ Magdala.

Ġesù reġa’ qam! Marija ta’ Magdala rat lil Ġesù. Hu żar lill-Appostli tiegħu ħalli huma jkunu lesti biex jgħallmu l-evanġelju wara li Hu reġa’ mar lura fis-smewwiet.

familja tieħu s-sagrament

Meta nieħu s-sagrament, jien niftakar f’Ġesù. Niftakar li Hu għex u miet u qam mill-imwiet għalija!

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Il-Familja Tiegħi Hi Speċjali

familja madwar il-mejda tal-ikel