2021
Pawlu Jindem
Lulju 2021


“Pawlu Jindem,” Ħabib, Lulju 2021

“Pawlu Jindem”

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Lulju 2021

1:9

Pawlu Jindem

Atti 9:1–22; 13:9

Pawlu jgħajjat ma’ raġel

Wara li miet Ġesù, id-dixxipli tiegħu komplew jgħallmu lin-nies. Iżda mhux kulħadd ħa pjaċir b’dak li għallmu. Kien hemm raġel jismu Pawlu li kien partikolarment jittratta ħażin lil dawk li kienu jimxu wara Ġesù.

dawl jiddi fuq Pawlu

Darba waħda waqt li Pawlu kien għaddej fit-triq, hu ra dawl jiddi mis-smewwiet. Huwa sema’ leħen Ġesù! Ġesù qal lil Pawlu sabiex jindem u jimxi warajh.

Pawlu jgħatti għajnejh.

Id-dawl qawwi wassal lil Pawlu biex ma jibqax jara. Wieħed raġel qaddis jismu Ħananija fejjaq għajnejn Pawlu. Pawlu għażel li jitgħammed.

Pawlu jippriedka lill-folla.

Wara, Pawlu għallem lin-nies dwar Ġesù Kristu. Huwa kien missjunarju, għalliem, u mexxej kbir fil-Knisja ta’ Kristu.

tifla tfarraġ lil ħabibtha

Jien nista’ nagħżel li nkun ħanin minflok ma nittratta lin-nies ħażin. Nista’ nagħżel dejjem li nimxi wara Ġesù.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Pawlu Ra lil Ġesù

Pawlu jara lil Ġesù

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott