“Il-Vjaġġi Missjunarji ta’ Pawlu,” Ħabib, Ott. 2021
“Il-Vjaġġi Missjunarji ta’ Pawlu”
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Settembru 2021
Il-Vjaġġi Missjunarji ta’ Pawlu
L-Appostlu Pawlu żar diversi pajjiżi biex jgħallem lin-nies dwar Ġesù. Dak iż-żmien ma kien hawn l-ebda karozzi jew ajruplani, għalhekk hu kien jeħtieġlu jimxi ħafna. Xi kultant hu kien jivvjaġġa permezz tal-vapur.
Pawlu għallem lin-nies fil-knejjes u fid-djar. Hu għallem lin-nies fuq il-blat tal-għoljiet u fit-toroq tal-belt.
Ħafna kienu n-nies li ma ħadux gost b’dak li għallem Pawlu. Xi kultant Pawlu kien jintbagħat il-ħabs. Xi kultant Pawlu kien jimrad.
Iżda qalb dawn id-diffikultajiet kollha, Pawlu baqa’ sod fil-fidi. Huwa qal, “Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ Kristu.” Hu kien jaf li Ġesù kien se jgħinu jibqa’ b’saħħtu.
Ġesù Kristu jista’ jgħinni nibqa’ b’saħħti wkoll. Huwa jħobbni, u jien inħobbu!
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, October 2021. Maltese. 17474 159