2022
Rut u Nagħomi
Ġunju 2022


“Rut u Nagħomi,” Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib , Ġunju 2022

“Rut u Nagħomi”

Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Ġunju 2022

Rut u Nagħomi

Immaġni
Rut qed tiżżewweġ, flimkien mal-familja ta’ Nagħomi

Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott

Nagħomi u l-familja tagħha marru f’art ġdida minħabba l-ġuħ. Huma ltaqgħu ma’ mara żagħżugħa jisimha Rut. Rut iżżewġet lil iben Nagħomi.

Immaġni
Rut ma’ żewġha li kien qed imut

Imbagħad ir-raġel ta’ Rut miet. Rut kellha dieqa kbira.

Immaġni
Nagħomi

Nagħomi wkoll kienet imnikkta ħafna. Ma kien għad baqgħalha ħadd mill-familja li jieħu ħsiebha. Hi ddeċidiet li tmur lura l-art minn fejn kienet telqet.

Immaġni
Nagħomi u Rut

Nagħomi qalet lil Rut biex tmur lura għand il-familja tagħha. Iżda Rut kienet tħobb lil Nagħomi. Hija wiegħdet li tmur ma’ Nagħomi u tieħu ħsiebha hi.

Immaġni
Rut tiġbor il-qamħ li kien fadal

Rut u Nagħomi kienu fqar. Għalhekk Ruth ħadmet qatigħ biex issib l-ikel għalihom.

Immaġni
Bogħaż u Rut fl-għalqa

Jum fost l-oħrajn wieħed raġel jismu Bogħaż ra lil Rut tiġbor il-qamħ li kien fadal f’waħda mill-għelieqi tiegħu.

Immaġni
Bogħaż mal-qaddej

Bogħaż kellu qalbu tajba. Huwa qal lill-ħaddiema tiegħu biex iħallu l-ikel żejjed għar-Rut.

Immaġni
Rut, Bogħaż, u Nagħomi, ma’ tarbija

Wara xi żmien, Rut u Bogħaż iżżewġu. Kellhom tarbija, tifel. Nagħomi għenithom irabbuh.

Immaġni
Familja sservi l-ikel

Jien nista’ ngħin biex nieħu ħsieb ħaddieħor. Jien nista’ nuri qalb tajba lil dawk li huma fil-bżonn.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Nista’ Nieħu Ħsieb ta’ Oħrajn

Immaġni
tfal man-nannu

Ikklikkja fuq l-istampa biex tniżżilha.

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott

Lil min tista’ tgħin?

Ipprintja