“Isaija Jgħallem dwar Ġesù Kristu”, Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Settembru 2022
“Isaija Jgħallem dwar Ġesù Kristu”
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Settembru 2022
Isaija Jgħallem dwar Ġesù Kristu
Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott
Isaija kien profeta. Huwa għex qabel ma twieled Ġesù Kristu. Iżda kien jaf li Ġesù kien se jiġi.
Isailja qal li Ġesù kellu jitwieled bħala l-Iben ta’ Alla. Ġesù kellu jgħin u jfejjaq lill-oħrajn.
Isaija qal ukoll li Ġesù kellu jiġi f’din id-dinja. Kellu jissejjaħ il-Prinċep tal-Paċi. Huwa kellu jagħti ħajtu għalina għaliex huwa tant u tant iħobbna.
L-affarjiet li għallem Isaija seħħew tassew. Ħafna snin wara, Ġesù ġie fid-dinja. Huwa wriena t-triq. Huwa miet u reġa’ għex mill-ġdid. Huwa jgħix illum!
Jien nista’ nitgħallem dwar Ġesù Kristu. Meta niftakar dak li Hu għamel għalija, jien nista’ nħoss il-paċi u t-tama!
Paġna biex Tingħata l-Kulur
Jien Nista’ Nitgħallem dwar Ġesù Kristu
Ikklikkja fuq l-istampa biex tniżżilha.
Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott
Liema hi l-istorja favorita tiegħek dwar Ġesù?
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, September 2022. Maltese. 18299 159