“Ġesù Kristu Jikkalma l-Maltempata,” Ħabib, Mar. 2023, 46–47.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib , Marzu 2023
Ġesù Kristu Jikkalma l-Maltempata
Lejl minnhom Ġesù Kristu u d-dixxipli tiegħu qasmu l-baħar b’dgħajsa. Ġesù kien għajjien u marret għajnu bih.
Qamet maltempata. Il-mewġ beda jiżdied u jitqawwa! Id-dixxipli kienu mbeżżgħin. Qajmu lil Ġesù u talbuh biex isalvahom.
Ġesù qam bilwieqfa u qal, “Iskot! Biżżejjed!” Ir-riħ waqaf. Il-baħar ikkalma.
Il-fidi tiegħi f’Ġesù Kristu tista’ ġġibli l-paċi. Meta nkun mbeżża’, Ġesù jista’ jgħinni biex nħossni kalm.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, March 2023. Language. 18905 159