“Ġesù Jqajjem lil Lazzru mill-Mewt,” Ħabib, Apr. 2023, 46–47.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, April 2023
Ġesù Jqajjem lil Lazzru mill-Mewt
Marija u Marta kellhom ħuhom jismu Lazzru. Kienu l-ħbieb ta’ Ġesù Kristu.
Lazzru marad serjament. Wara ftit, huwa miet. Marija u Marta kienu mnikktin. Meta wasal Ġesù, huwa beka magħhom.
Imbagħad Ġesù mar magħhom fil-qabar ta’ Lazzru. Huwa qal, “Lazzru, oħroġ.”
Lazzru qam bilwieqaf u mexa ’l barra mill-qabar. Kien ħaj mill-ġdid! Grazzi għal Ġesù, aħna lkoll se nerġgħu ngħixu wkoll.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, March 2023. Language. 19006 159