2023
L-Ewwel Presidenza
Ġunju 2023


“L-Ewwel Sagrament,” Ħabib, Ġunju 2023, 46–47.

Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Ġunju 2023

Stejjer mill-Iskrittura

L-Ewwel Presidenza

Ġesù mal-mejda flimkien mal-Appostli Tiegħu

Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott

Qabel ma miet, Ġesù Kristu ltaqa’ mal-Appostli Tiegħu. Hu tahom is-sagrament.

Ġesù iżomm il-ħobż.

Ġesù qasam il-ħobż u newwelhulhom. Huwa talabhom jieklu l-ħobż biex jgħinhom jiftakru li hu ta ħajtu għalihom.

Ġesù jżomm bieqja.

Imbagħad Ġesù għaddielhom bieqja. Hu talabhom biex jixorbu minnha. Din kellha tfakkarhom fih ukoll.

L-ewwel Kristjani jieħdu sehem fis-sagrament.

Anki meta Ġesù ma kienx iżjed mal-Appostli tiegħu, is-sagrament għenhom jaħsbu fih. Huma setgħu jħossu l-imħabba tiegħu u jiftakru biex iħarsu l-kmandamenti.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Jiena Nista’ Nieħu Sehem fis-Sagrament

Tifel jieħu sehem fis-sagrament

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott

Meta nieħu sehem fis-sagrament, jien niftakar f’Ġesù u l-imħabba Tiegħu għalija.