2023
Rgħajja Jżuru lit-Tarbija Ġesù
Diċembru 2023


“Rgħajja Jżuru lit-Tarbija Ġesù,” Ħabib, Diċ. 2023, 46–47.

Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib, Diċembru 2023

Rgħajja Jżuru lit-tarbija Ġesù

Alt text

Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott

Lejl wieħed, anġlu żar lil xi rgħajja f’għalqa. L-anġlu qalilhom li twieldet tarbija importanti. Kien jismu Ġesù Kristu. Hu kien se jkun is-Salvatur għan-nies kollha tad-dinja. Ġew aktar anġli. Huma kantaw, “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.”

Alt text

Ir-ragħajja marru b’ħeffa biex iżuru lit-tarbija Ġesù. Huma kienu kuntenti ħafna li rawh!

Alt text

Ir-rgħajja qalu lil oħrajn dwar Ġesù Kristu. Riedu lil kulħadd jisma’ l-aħbar it-tajba.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Jien Nista’ Nkanta dwar Ġesù Kristu

alt text here

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott

Jiena nista’ nkanta għanjiet dwar Ġesù biex niċċelebra t-twelid tiegħu.