“Is-Siġra tal-Ħajja,” Ħabib, Jan. 2024, 26-27.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Jannar 2024
Is-Siġra tal-Ħajja
Leħi kien profeta. Alla qallu biex jieħu l-familja tiegħu fl-art imwiegħda. Waqt li kienu qed jivvjaġġaw, kellu ħolma dwar siġra sabiħa. Kienet tissejjaħ is-siġra tal-ħajja.
Is-siġra tat frott delizzjuż abjad. Leħi tant ħassu ferħan meta kielu! Ried li l-familja tiegħu tipprovah ukoll.
Leħi ra wkoll virga tal-ħadid li kienet twassal għas-siġra. In-nies żammew mal-virga biex jaslu għas-siġra u jieklu l-frott.
Is-siġra fil-ħolma ta’ Leħi hija bħall-imħabba ta’ Alla. Il-virga hija bħall-iskrittura. Meta naqraw l-iskrittura, nersqu eqreb lejn Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu.
© 2024 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, January 2024. Language. 19273 159