2024
Nefi Jitlob għall-Poplu
Settembru 2024


“Nefi Jitlob għall-Poplu,” Friend, Settembru 2024, 26–27.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Settembru 2024

Nefi Jitlob għall-Poplu

Il-profeta Nefi

Illustrazzjonijiet ta’ Andrew Bosley

Nefi kien profeta. Huwa ħa ismu minn Nefi li kiseb il-pjanċi tal-bronż. Huwa kien inkwetat dwar il-poplu. Il-poplu kien waqaf jimxi wara Alla.

Nefi jitlob fil-ġnien tiegħu

Nefi mar fil-ġnien tiegħu. Huwa tela’ fuq torri fil-ġnien u talab lil Alla hemmhekk. Huwa talab għall-poplu.

Nies isegwu lil Nefi jitlob; Nefi jgħallem lill-poplu

Xi nies innotaw lil Nefi fuq it-torri. Huma waqfu jisimgħu u ġabru lil ħaddieħor biex jisima’. Meta Nefi temm it-talb tiegħu, huwa nnota li huma kienu qed iħarsu u beda jgħallimhom.

Nies jitolbu

Nefi talab lill-poplu biex jindem. Xi wħud ma għoġobhomx dak li għallem Nefi. Iżda ħafna oħrajn semgħu! Huma għażlu li jindmu u jibdlu triqathom.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Ġesù Jiġborna Bħalma Qroqqa Tiġbor lill-Flieles Tagħha

Alt text

Illustrazzjoni minn Adam Koford

Kif tħoss l-imħabba minn Ġesù Kristu?