“Nefi Jitlob għall-Poplu,” Friend, Settembru 2024, 26–27.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Settembru 2024
Nefi Jitlob għall-Poplu
Nefi kien profeta. Huwa ħa ismu minn Nefi li kiseb il-pjanċi tal-bronż. Huwa kien inkwetat dwar il-poplu. Il-poplu kien waqaf jimxi wara Alla.
Nefi mar fil-ġnien tiegħu. Huwa tela’ fuq torri fil-ġnien u talab lil Alla hemmhekk. Huwa talab għall-poplu.
Xi nies innotaw lil Nefi fuq it-torri. Huma waqfu jisimgħu u ġabru lil ħaddieħor biex jisima’. Meta Nefi temm it-talb tiegħu, huwa nnota li huma kienu qed iħarsu u beda jgħallimhom.
Nefi talab lill-poplu biex jindem. Xi wħud ma għoġobhomx dak li għallem Nefi. Iżda ħafna oħrajn semgħu! Huma għażlu li jindmu u jibdlu triqathom.
© 2024 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, September 2024. Maltese. 19357 159