“L-Ewwel Dehra,” Ħabib, Jannar 2025, 26–28.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, Jannar 2025
L-Ewwel Dehra
Tista’ taqra din l-istorja f’ Joseph Smith—Storja 1:1–20.
Meta Joseph Smith kien żgħir, bosta knejjes kienu jgħallmu ħwejjeġ differenti dwar Ġesù Kristu. Joseph ma kienx jaf ma’ liema knisja kellu jingħaqad.
Darba waħda, huwa qara Ġakbu 1:5 fil-Bibbja. Kienet tgħid li jekk neħtieġu l-għerf, nistgħu nistaqsu lil Alla. Joseph iddeċieda li jagħmel dan.
F’jum sabiħ tar-rebbiegħa, Joseph mar fil-masġar biex jitlob lil Missierna fis-Smewwiet.
Joseph niżel għarkupptejh u beda jitlob. Iżda mbagħad ħass dalma madwaru. Joseph kien beżgħan. Huwa talab lil Alla għall-għajnuna.
F’daqqa waħda, Joseph ra dawl jiddi ġej mis-smewwiet. Huwa ra lil Missierna tas-Smewwiet u lil Ġesù Kristu wieqfa fl-arja. Missierna fis-Smewwiet qal isem Joseph. Imbagħad huwa pponta lejn Ġesù Kristu u qal, “Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu!”
Ġesù qal lil Joseph li m’għandux jingħaqad mal-ebda waħda mill-knejjes.
Joseph kellu jgħin biex jirrestawra l-milja tal-evanġelju fid-dinja.
Joseph ma kienx aktar konfuż. Huwa kien mimli bil-ferħ! Huwa kien jaf li Alla kien iħobbu. Xi nies ma emmnux li kien ra lil Missierna fis-Smewwiet u lil Ġesù Kristu, iżda huwa kien jaf li dan kien veru.
© 2025 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, January 2025. Maltese. 19632 159