2021
Rivelazzjoni Kontinwa
Marzu 2021


“Rivelazzjoni Kontinwa,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Mar. 2021, 16.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ , Marzu 2021

Rivelazzjoni Kontinwa

Minn diskors mill-konferenza ġenerali April 2020.

Il-Profeta Joseph Smith irċieva rivelazzjoni wara l-oħra. Bosta rivelazzjonijiet li rċieva l-Profeta Joseph ġew ippreservati għalina fid-Duttrina u Patti.

Barra minn hekk, aħna mberkin permezz tar-rivelazzjoni kontinwa mogħtija lil profeti ħajjin li huma “aġentikkummissjonati tal-Mulej, awtorizzati li jitkellmu f’ismu.”1

Ir-rivelazzjoni personali hi disponibbli wkoll għal dawk kollha li b’umiltà jfittxu l-gwida tal-Mulej. Hi importanti daqs ir-rivelazzjoni profetika.

Ir-rivelazzjoni personali hi bbażata fuq ċerti veritajiet spiritwali li nirċievu mingħand l-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu s-Santu hu r-rivelatur u x-xhud ta’ kull verità, speċjalment dik li tirrigwarda lis-Salvatur. Mingħajr l-Ispirtu s-Santu, ma nistgħux inkunu nafu verament li Ġesù hu l-Kristu. L-irwol seminali tiegħu hu li jixhed dwar il-Missier u l-Iben u t-titli tagħhom u l-glorja tagħhom.

Nassigurakom li lkoll kemm aħna nistgħu nirċievu l-gwida rivelatorja hekk kif b’umiltà naħdmu fl-għalqa tal-Mulej.

It-talba umli tiegħi hi li lkoll kemm aħna nfittxu r-rivelazzjoni kontinwa biex tiggwida ħajjitna u biex nimxu wara l-Ispirtu hekk kif inqimu lil Alla l-Missier u lis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.

Nota

  1. Hugh B. Brown, “Joseph Smith among the Prophets” (Is-Sittax-il Ċerimonja Annwali b’Tifkira ta’ Joseph Smith, Istitut tar-Reliġjon ta’ Logan, 7 ta’ Diċ., 1958), 7.

Ipprintja