2021
X’Għamel Għalina s-Salvatur Tagħna?
Mejju 2021


“X’Għamel Għalina s-Salvatur Tagħna?,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Mejju 2021.

Sessjoni tas-Saċerdozju

X’Għamel Għalina s-Salvatur Tagħna?

Siltiet

Immaġni
il-qabar vojt ta’ Kristu

X’għamel Ġesù Kristu għal kull wieħed u waħda minna? Hu għamel dak kollu li hu essenzjali għall-vjaġġ tagħna f’din il-ħajja mortali lejn id-destin deskritt fil-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet. Jien se nitkellem dwar erba’ mill-punti prinċipali ta’ dak il-pjan. …

Il-Qawmien mill-Imwiet jagħtina l-perspettiva u l-qawwa li nibqgħu nissaportu l-isfidi mortali li kemm aħna, kif ukoll dawk li nħobbu, ilkoll niffaċċjaw. Jagħtina mod ġdid kif inħarsu lejn id-defiċjenzi fiżiċi, mentali, jew emozzjonali li nitwieldu bihom jew li jolqtuna tul il-ħajja mortali tagħna. Jagħtina l-qawwa li nissaportu n-niket, il-falliment, u l-frustrazzjoni.

Il-Qawmien mill-Imwiet jagħtina wkoll inċentiv b’saħħtu li nħarsu l-kmandamenti ta’ Alla tul il-ħajja mortali tagħna. …

Is-Salvatur u l-Feddej tagħna għadda minn tbatija inkomprensibbli biex Hu sar is-sagrifiċċju għad-dnubiet tal-bnedmin kollha li lesti li jindmu. Dan is-sagrifiċċju tal-Espjazzjoni offra l-akbar tjubija, il-ħaruf mingħajr tebgħa, għall-akbar doża ta’ ħażen, id-dnubiet tad-dinja kollha. …

… Ġesù għallimna l-pjan tas-salvazzjoni. Dan il-pjan jinkludi l-Ħolqien, l-għan tal-ħajja, il-bżonn tal-oppożizzjoni, u r-rigal tal-volontà. Hu għallimna wkoll il-kmandamenti u l-patti li għandna nobdu u l-ordinanzi li għandna nesperjenzaw biex joħduna lura ħdejn il-ġenituri tagħna tas-smewwiet. …

Is-Salvatur tagħna jħoss u jaf it-tentazzjoni tagħna, id-diffikultajiet tagħna, l-uġigħ il-qalb tagħna, u t-tbatija tagħna, għax Hu minn jeddu esperjenzahom kollha bħala parti mill-Espjazzjoni tiegħu. … Dawk kollha li jsofru kull tip ta’ sofferenza mortali għandhom jiftakru li s-Salvatur tagħna esperjenza wkoll dak it-tip ta’ wġigħ, u li permezz tal-Espjazzjoni tiegħu, Hu joffri lil kull wieħed u waħda minna l-qawwa li nibqgħu nissaportu.

Ipprintja