“Huma Tiegħi u Jien Nafhom,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jan. 2022.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jannar 2022
“Huma Tiegħi u Jien Nafhom”
Qatt ħassejtek insinifikanti? Forsi ħassejtek hekk meta ħsibt dwar kemm hawn nies fid-dinja jew meta rajt kemm hemm stilel fis-sema. Qatt ħsibt jekk Alla jafx min int u x’tip ta’ ħajja tgħix? Jekk hu hekk, allura Mosè għandu messaġġ għalik.
F’dehra, Alla wera lil Mosè kull farka fid-dinja u n-nies kollha li għad jgħixu fiha. Kienu “bla għadd bħar-ramel fuq ix-xtajta” (Moses 1:28). Alla mbagħad qal lil Mosè li huwa kien għamel “dinjiet bla għadd” (Moses 1:33)—li l-ħlejjaq tiegħu jilħqu lil hinn minn din id-dinja.
Mosè probabbilment ħassu jiċċekken meta ra dal-ħwejjeġ kollha. Forsi staqsa: Fejn hu posti fost dal-kreazzjonijiet kollha? U kif jista’ Alla jibqa’ jkun jaf lil tant affarjiet?
It-tweġiba ta’ Alla kienet waħda sempliċi: “Kull ħaġa tingħadd lili.” Kif? “Huma tiegħi u jien nafhom” (Moses 1:35). Alla kien jaf min kien Mosè, daqskemm jaf lil uliedu kollha, u anki lill-kreazzjonijiet kollha tiegħu. Kollha kemm huma huma tiegħu—l-istilel, ir-ramel, u speċjalment uliedu fid-dinja. Huma r-raġuni kollha kemm hi għala hu ħoloq id-dinja. Is-salvazzjoni eterna tagħhom hija l-iktar ħidma importanti ta’ Alla.
“Għax araw, din hija l-ħidma tiegħi u l-glorja tiegħi—li nġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Moses 1:39).
Bħalma Mosè tgħallem fejn kien postu fil-pjan ta’ Alla, inti wkoll tista’ tkun assigurat li Alla jafek! Li jgħinek tirritorna għandu huwa l-ħidma u l-glorja tiegħu. Għalfejn? Għax inti tiegħu. U m’hemm xejn insinifikanti dwar dan
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, December 2021. Maltese. 18295 159