2022
Is-Salvatur li Jsofri
April 2022


“Is-Salvatur li Jsofri,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Apr. 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, April 2022

Is-Salvatur li Jsofri

Mijiet ta’ snin qabel ġie Ġesù Kristu, Isaija bassar it-tbatija tiegħu għad-dnubiet tagħna.

imżeblaħ u mwarrab

Idejn Ġesù Kristu marbutin

Meta Ġesù Kristu ġie fid-dinja, uħud min-nies emmnu fih, iżda l-biċċa l-kbira m’emmnux. Kienu anki jħarsu lejh bħallikieku mhu xejn, u ħafna kienu jobogħduh. Fl-aħħar nett, in-nies għażlu biex hu jiġi ttorturat u maqtul. (Ara 1 Nefi 19:9.)

hu rafa’ fuqu l-mard tagħna

Ġesù Kristu għarkupptejh fil-Ġetsemani

Ġesù Kristu rafa’ fuqu l-uġigħ, il-mard, u d-dgħjufijiet tagħna kollha. Huwa għamel dan sabiex ikollu ħniena fuqna u jkun jaf kif jgħinna. (Ara Alma 7:11–13.)

hu kien miġruħ minħabba dnubietna

Ġesù Kristu fuq is-salib

Ġesù Kristu bata għal dnubietna. Hu għamel dan sabiex aħna nistgħu ninħafru hekk kif nindmu. (Ara Doctrine and Covenants 18:11; 19:15–19.)

bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna

nies iħossu l-id ta Ġesù Kristu mqajjem mill-imwiet

“Is-swat tiegħu” huwa l-ġrieħi tiegħu. Dawn jirrappreżentaw it-tbatija kollha li huwa bata għalina, inkluż it-tixrid ta’ demmu u l-mewt tiegħu. Għaliex Ġesù Kristu bata għalina, aħna nistgħu nsiru sħaħ mill-ġdid. Is-sagrifiċċju tiegħu jagħmilha possibbli li jinħafru d-dnubiet tagħna. Hekk kif nindmu u nipprovaw nżommu l-patti tagħna, Huwa jfejjaqna u jibdilna. (Ara Mosiah 3:7–11; Artikli tal-Fidi 1:3.)