2022
Tibżax—il-Mulej Huwa Miegħek
Lulju 2022


“La Tibżax, il-Mulej Huwa Miegħek,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Lulju 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Lulju 2022

Tibżax—il-Mulej Huwa Miegħek

Il-Biża’ mhix xi ħaġa ġdida. Minn żminijiet il-qedem, il-biża’ llimitat il-perspettiva ta’ wlied Alla. Fi 2 Slaten, is-sultan ta’ Aram kien bagħat leġjun biex jaqbdu u joqtlu lill-profeta Eliżew.

“U l-qaddej ta’ [Eliżew] qam kmieni filgħodu u ħareġ barra, u ra eżerċtu sħiħ madwar il-belt, u żwiemel u karrijiet. U l-qaddej [ta’ Eliżew] qallu: “Ah! sidi, x’se nagħmlu?” (2 Slaten 6:15).

Kienet il-biża’ li bdiet titkellem.

“U [Eliżew] wieġbu, La tibżax! hemm nies aktar magħna milli magħhom.

“U Eliżew beda jitlob u jgħid, Mulej, iftaħlu għajnejh biex jara. U l-Mulej fetaħ għajnejn il-qaddej, u dan ra l-għolja mimlija żwiemel u karrijiet tan-nar madwar Eliżew”(2 Slaten 6:16–17).

Aħna jista’ jkollna u jista’ ma jkollniex madwarna karrijiet tan-nar li jintbagħtu biex ikeċċu l-biżgħat tagħna u jgħinuna negħlbu d-dgħjufijiet tagħna, iżda l-lezzjoni hija waħda ċara. Il-Mulej jinsab magħna, huwa konxju minna, u jberikkna b’mod li Hu biss jista’ jagħmel dan.

Jekk aħna b’mod attiv nafdaw fil-Mulej u fit-triqat tiegħu, jekk aħna nkunu ingaġġati fil-ħidma tiegħu, aħna ma nibżgħux mill-bidliet li jseħħu fid-dinja jew inkellna ma nħalluhomx jinkwetawna. Huwa jinsab iħarisna, jieħu ħsiebna, u jieqaf magħna.

Ipprintja