2022
Toqgħodx Tistenna! Kun bħar-Ragħajja
Diċembru 2022


“Toqgħodx Tistenna! Kun Bħar-Ragħajja,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċ. 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċembru 2022

Luqa 2:8–20

Toqgħodx Tistenna! Kun bħar-Ragħajja

ragħajja

F’lejl tas-skiet ħafna żmien ilu, xi ragħajja kienu qed iħarsu b’diliġenza il-merħliet tagħhom.

nagħaġ

Ir-ragħajja kellhom xogħol importanti. In-nagħaġ kienu jenħtieġu ikel, ilma, u protezzjoni mill-periklu.

anġlu

F’daqqa waħda, deher anġlu!

“Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir. … Illum twildilkom … Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej.”

anġlu

L-anġlu qal lir-ragħajja li kellhom isibu lit-tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura f’Betlehem.

kor anġeliku

Kor anġeliku mela s-sema u ngħaqad mal-anġlu fit-tifħir lil Alla.

“Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!”

ragħajja

“Ejjew immorru Betlehem u naraw dak li Alla għamel magħruf lilna.”

Ir-ragħajja jsegwu l-kewkba

Ir-ragħajja ma qagħdux jistennew. Din il-ħaġa kienet wisq importanti! Huma “marru bil-ħeffa” Betlehem.

ir-ragħajja ħdejn il-maxtura

Ir-ragħajja sabu lil Ġesù mfisqi, mimdud fil-maxtura, eżatt kif kien qalilhom l-anġlu.

Ġesù tarbija

Dan kien il-Messija mwiegħed li ġie biex ikun is-Salvatur u Feddej tad-dinja u biex iġibilna l-vera hena!

Ragħajja

Ir-ragħajja kienu eċitati mmens! Huma qasmu ma’ oħrajn dak li kienu semgħu u raw.

“Is-Salvatur tad-dinja twieled!”

“Il-Messija fl-aħħar ġie!”

ġuvni jistudja l-iskrittura

Ir-ragħajja “imorru b’ħeffa” għand Ġesù. Intom tistgħu wkoll!

Tistgħu titgħallmu dwaru.

ġuvni jaħsad il-ġnien

Int tista’ sservih billi sservi oħrajn.

tfajla tixxerja l-Ktieb ta’ Mormon ma’ ġuvni

Int tista’ tixhed dwaru.