2023
4 Modi Kif Iqawwikom Ġesù Kristu
Jannar 2023


“4 Modi Kif Iqawwikom Ġesù Kristu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jan. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Jannar 2023

4 Modi Kif Iqawwikom Ġesù Kristu

Nista’ nagħmel kollox permezz ta’ Kristu.
Filippin 4:13

Immaġni
tumulu

Madwar id-dinja kollha, l-Insara jsibu l-għaxqa tagħhom fl-iskrittura: “Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini” (Filippin 4:13).

Meta n-nies jisimgħu dan, xi wħud minnhom forsi jaħsbu li jistgħu jgħaddu minn kull prova, jirbħu kull logħba, u jaraw kull xewqa tagħhom tiġi fis-seħħ. Iżda dak mhuwiex dak li tgħallem din l-iskrittura.

Din inkitbet mill-Appostlu Pawlu meta kien il-ħabs. Bħala priġunier, Pawlu kellu ħafna affarjiet li ma setax jagħmilhom, iżda huwa kien jaf li Ġesù Kristu seta’ jqawwih biex jagħmel dak li huwa l-iktar importanti.

U dan jgħodd ukoll għalikom!

1Kristu Jqawwikom biex Intom IssiruTafu

Ġesù Kristu takom bosta modi importanti kif tistgħu taslu biex tkunu tafu x’inhu veru. Huwa għallimna lkoll biex nitolbu dejjem (ara 3 Nephi 18:18) u biex nistaqsu ħalli nsiru nafu x’inhu veru (ara Moroni 10:4–5). Tistgħu wkoll issibu u ssiru tafu dak li hu veru mill-istudju tagħkom tal-iskrittura.

It-talb u l-istudju tal-iskrittura jġibu l-Ispirtu f’ħajjitkom. L-Ispirtu jaf ikellimkom “f’ruħkom u … f’qalbkom” (Doctrine and Covenants 8:2), “jimlielkom lil ruħkom bil-hena,” u “jdawlilkom moħħkom” (Doctrine and Covenants 11:13).

B’dawn il-modi, intom tistgħu “tisimgħuh”—tisimgħu kliem is-Salvatur u timxu wara dak li qal. Il-President Russell M. Nelson għallem li dak huwa l- “mudell għas-suċċess, il-ferħ u l-hena f’din il-ħajja.”1

2Kristu Jqawwikom biex Intom Tagħmlu

Il-qawwa tasal fuqkom hekk kif intom tistinkaw biex tħarsu l-kmandamenti u tagħmlu għażliet tajbin li jwasslu għas-sliem u l-kuntentizza. Ġesù Kristu jqawwikom biex tagħmlu dan anki meta dawk l-għażliet huma ebsin biex tagħmluhom. Xi drabi tafu tagħmlu għażla ħażina. Għandna biex inkunu grati li l-Espjazzjoni tas-Salvatur tagħmel l-indiema possibbli. Minħabba f’Ġesù Kristu, intom tistgħu ssiru safja u ssibu l-hena. Huwa jista’ jqawwikom biex “tagħmlu aħjar u biex issiru aħjar”2 kuljum.

3Kristu Jqawwikom biex Intom Tegħlbu

Waqt li kien il-ħabs, Pawlu kiteb: “Jien issa tgħallimt ngħaddi b’dak li jkolli.

Naf ngħix fl-għaks, u naf ngħix fil-ġid; kollox drajt u noqgħod għal kollox: ix-xaba’ u l-ġuħ, il-ġid u l-għaks” (Filippin 4:11–12).

Fi kliem ieħor, Pawlu tgħallem li, permezz ta’ Kristu, huwa jista’ jegħleb il-provi u l-isfidi tiegħu, u jitgħallem minnhom. Ġesù Kristu jista’ jqawwik biex tagħmel l-istess.

Is-Salvatur sofra “kull tip ta’ wġigħ, tbatija u tiġrib.” Ħa fuqu nnifsu s-sofferenzi kollha tagħna sabiex “ikun jaf … kif jista’ jgħin lill-poplu tiegħu skont id-dgħufijiet tagħhom” (Alma 7:11–12). Tiffaċċjaw x’tiffaċjaw, Ġesù Kristu jista’ jqawwikom biex tibqgħu sħaħ u twettqu ħwejjeġ li ma kienx se jirnexxielkom tagħmlu waħedkom.

4Ġesù Kristu Jqawwikom biex Intom Issiru

Ġesù Kristu għamel il-qawmien mill-imwiet realtà għalina lkoll, u hu jagħmel il-ħajja eterna possiblbli għal dawk li jindmu, jirċievu l-ordinanzi essenzjali, u jagħmlu u jżommu l-patti assoċjati magħhom. Mingħajr Kristu, ma nistgħux inwettqu dak li l-Missier fis-Smewwiet irid l-iktar—li aħna nsiru iktar bħalu u bħal Ibnu, Ġesù Kristu, u li ngħixu magħhom għall-eternità.

Immaġni
Ġesù Kristu

Tistgħu ssiru iktar bħal Ġesù Kristu hekk kif titgħallmu dwaru, tiddependu fuqu u tafdaw fih, u timxu wara l-eżempju tiegħu. Dan iwassalkom biex tgħixu b’iktar fidi, tama, karità, sabar, umiltà, safa, u ubbidjenza. Dawn huma kollha attributi tas-Salvatur.

Hekk kif intom tistinkaw biex timxu wara Ġesù Kristu, huwa jkun it-tama tagħkom u d-dawl tagħkom li se jiggwidakom biex issiru dak kollu li tistgħu ssiru. U, flimkien ma’ Pawlu, intom tkunu tistgħu tgħidu, “Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini.”

Noti

  1. Russell M. Nelson, “Isimgħuh,” konferenza ġenerali Apr. 2020 (Ensign jew Liahona, Mejju 2020, 89).

  2. Ara Russell M. Nelson “Nistgħu Nagħmlu Aħjar u Nkunu Aħjar,” konferenza ġenerali Apr, 2019 (Ensign jew Liahona, Mejju 2019, 67).

Ipprintja