2023
Għandna Bżonn li Nkunu Perfetti?
Frar 2023


“Għandna Bżonn li Nkunu Perfetti?” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Fr. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Frar 2023

Għandna Bżonn li Nkunu Perfetti?

żagħżugħ jaqra l-iskrittura

Illustrazzjonijiet ta’ Emily E. Jones

L-iskrittura nkitbet biex tberikna u tinkuraġġina, u bla dubju ta’ xejn li tagħmel hekk. Iżda ntbaħtu li kultant jitfaċċa passaġġ li jfakkarna li aħna qegħdin naqgħu ftit lura? Per eżempju: “Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mattew 5:48). B’dak il-kmandament, nkunu nixtiequ li nidħlu fis-sodda u nitgħattew b’rasna b’kollox. Għan ċelestjali bħal dan donnu ma nistgħu qatt nilħquh. Madanakollu, il-Mulej żgur li qatt mhu se jagħtina kmandament li Hu jaf li ma nistgħux inħarsuh.

mara żagħżugħa b’umbrella fix-xita

“Iva, ersqu lejn Kristu, u kunu pperfezzjonati fih,” jitlob bil-ħerqa Moroni. “Ħobb lil Alla bil-qawwa tiegħek kollha, b’moħħok kollu, u b’saħħtek kollha, imbagħad … bil-grazzja tiegħu int tista’ tkun perfett fi Kristu” (Moroni 10:32; enfasi miżjuda). L-unika tama tagħna għall-vera perfezzjoni hija li nirċevuha bħala rigal mis-smewwiet—ma nistgħux “niksbuha”.

Mara żagħżugħa tippassiġġa fuq għolja bil-kelb

Ħlief għal Ġesù, ma kien hawn l-ebda prestazzjoni perfetta f’dan il-vjaġġ fid-dinja li qegħdin nagħmlu, mela sakemm inkunu fil-mortalità ejjew nistinkaw biex ikollna titjib kontinwu u nevitaw aspettattivi eċċessivi għalina u għal oħrajn.

vapur fil-maltemp

Jekk aħna nżommu sod, imbagħad x’imkien fl-eternità l-irfinar tagħna se jitlesta u jkun komplet—li hu t-tifsira tat-Testment il-Ġdid ta’ perfezzjoni.