2023
Iftħu qalbkom għall-Ispirtu s-Santu
April 2023


“Iftħu qalbkom għall-Ispirtu s-Santu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Apr. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, April 2023

Iftħu qalbkom għall-Ispirtu s-Santu

F’dan iż-żmien tal-Għid, jiena nirringrazzja lil Missierna tas-Smewwiet għad-don ta’ Ibnu l-Għażiż, li ġie minn jeddu fid-dinja biex ikun il-Feddej tagħna. Jiena grat li naf li Huwa patta għal dnubietna u qam mill-mewt. Kuljum jiena nħossni mbierek bl-għarfien li, minħabba l-Espjazzjoni Tiegħu, jiena xi darba nista’ nqum mill-mewt biex inkun nista’ ngħix għal dejjem f’familja li fiha tgħammar l-imħabba.

Jien naf dawk l-affarjiet bl-uniku mod kif xi ħadd fostna jista’ jkun jafhom. L-Ispirtu s-Santu kellimni f’moħħi u f’qalbi li dan kollu veru—mhux darba biss iżda ta’ spiss.

Aħna għandna l-wegħda imprezzabbli tal-Ispirtu s-Santu bħala sieħeb. L-obbligu tagħna hu li aħna nagħżlu li niftħu qalbna biex kontinwament nirċievu direzzjoni spiritwali u faraġ permezz tal-Ispirtu s-Santu tul ħajjitna.

fjura

Illustrazzjonijiet ta’ Emily E. Jones

L-ewwel għażla hi li niċċekknu quddiem Alla.

idejn marbtin fit-talb

It-tieni waħda hi li nitolbu bil-fidi fil-Mulej Ġesù Kristu.

boxxla

It-tielet waħda hi li nobdu b’mod eżatt.

forma ta’ qalb

U r-raba’ hi li nitolbu biex ikunu nafu l-ħtiġijiet u l-qalb ta’ oħrajn u kif għandna ngħinuhom għall-Mulej.

Jien nitlob b’qalbi kollha li intom tisimgħu l-leħen tal-Ispirtu, li jintbagħtatilkom b’daqstant ġenerożità. U jiena nitlob li intom tiftħu dejjem qalbkom biex tirċievu l-Ispirtu ħalli tkunu tistgħu tiksbu l-hena ta’ meta jkollkom Lilu bħala s-sieħeb kostanti tagħkom.