2023
Ġetsemani
Ġunju 2023


“Ġetsemani.” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ġunju 2023.

Postijiet mill-Iskrittura

Ġetsemani

Tgħallem iżjed dwar il-post fejn bdew it-tbatijiet li s-Salvatur bata għalina.

Immaġni
masġar taż-żebbuġ

Fejn Hu?

Fin-niżla tal-għolja taż-Żebbuġ, fuq il-lvant ta’ Ġerusalemm (il-lemin tal-illustrazzjoni, immarkat b’siġra enormi).

Immaġni
mappa ta’ Ġerusalemm antika

Illustrazzjoni ta’ mappa ta’ Ġerusalemm magħmula minn Jim Madsen

X’kien Hemm Hemmhekk?

Masġar tas-siġar taż-żebbuġ u probabbilment pressa li tagħsar iż-żejt miż-żebbuġ.

Immaġni
Pressa biex tagħsar iż-żebbuġ

X’ġara Hawnhekk?

Wara l-Aħħar Ċena, Ġesù Kristu mar il-Ġetsemani ma’ ħdax- mill-Appostli tiegħu. Huwa mbagħad mar f’ġenb biex jitlob u ħa miegħu lil Pietru, Ġakbu, u Ġwanni.

U “bdew jaħkmuh il-biża’ u d-dwejjaq.” Qalilhom, “Inħossni mnikket għall-mewt” (Mark 14:33–34).

Hu talab, “Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi! Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi.

“Deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb.

“Imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b’ħerqa akbar. L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sa l-art” (Luqa 22:42–44).

Wara din it-tbatija intensa tas-Salvatur, hu kien ittradut minn Ġuda u arrestat mill-uffiċjali Lhud u ġgajta ta’ suldati Rumani.

Immaġni
Ġesù Kristu fil-Ġetsemani

Ġetsemani, ta’ Michael Malm

Ipprintja