“Ġetsemani.” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ġunju 2023.
Postijiet mill-Iskrittura
Ġetsemani
Tgħallem iżjed dwar il-post fejn bdew it-tbatijiet li s-Salvatur bata għalina.
Fejn Hu?
Fin-niżla tal-għolja taż-Żebbuġ, fuq il-lvant ta’ Ġerusalemm (il-lemin tal-illustrazzjoni, immarkat b’siġra enormi).
X’kien Hemm Hemmhekk?
Masġar tas-siġar taż-żebbuġ u probabbilment pressa li tagħsar iż-żejt miż-żebbuġ.
X’ġara Hawnhekk?
Wara l-Aħħar Ċena, Ġesù Kristu mar il-Ġetsemani ma’ ħdax- mill-Appostli tiegħu. Huwa mbagħad mar f’ġenb biex jitlob u ħa miegħu lil Pietru, Ġakbu, u Ġwanni.
U “bdew jaħkmuh il-biża’ u d-dwejjaq.” Qalilhom, “Inħossni mnikket għall-mewt” (Mark 14:33–34).
Hu talab, “Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalċi! Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi.
“Deherlu anġlu mis-sema biex jagħmillu l-qalb.
“Imma hu ħass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b’ħerqa akbar. L-għaraq sarlu bħal qtar tad-demm iċarċar sa l-art” (Luqa 22:42–44).
Wara din it-tbatija intensa tas-Salvatur, hu kien ittradut minn Ġuda u arrestat mill-uffiċjali Lhud u ġgajta ta’ suldati Rumani.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, June 2023. Language. 19026 159