2023
Ħu l-Ispirtu bħala l-Gwida Tiegħek
Ottubru 2023


“Ħu l-Ispirtu bħala l-Gwida Tiegħek,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ott. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ottubru 2023

Ħu l-Ispirtu bħala l-Gwida Tiegħek

Missierna fis-Smewwiet kien jaf li fil-mortalità aħna konna se naffaċċjaw għadd ta’ sfidi, tribulazzjoni, u nkwiet; Huwa kien jaf li aħna konna se nitqabdu b’ ċerti mistoqsijiet, diżappunti, tentazzjonijiet, u dgħjufijiet. Biex jagħtina qawwa mortali u gwida divina, Hu pprovda l-Ispirtu s-Santu.

B’ħidma divina, l-Ispirtu s-Santu jispirana, jixhed magħna, jgħallimna, u jħeġġiġna biex nimxu fid-dawl tal-Mulej. Għandna r-responsabbiltà sagra biex nitgħallmu nagħrfu l-influwenza tiegħu f’ħajjitna u nirrispondu.

Kif nistgħu nagħmlu dan?

L-ewwel, nistinkaw biex ngħixu denji tal-Ispirtu.

It-tieni, irridu nkunu lesti biex nirċievu l-Ispirtu.

It-tielet, irridu nagħrfu l-Ispirtu meta jiġi fuqna.

Ir-raba’, irridu naġixxu fuq l-ewwel suġġeriment.

Għandna nieħdu bis-serjetà s-sejħa tal-Mulej biex nagħmlu “l-qalb, għaliex jiena se nkun qed immexxikom” (Doctrine and Covenants 78:18). Hu jmexxina permezz tal-Ispirtu s-Santu. Jalla aħna ngħixu viċin l-Ispirtu, u naġixxu fil-pront skont l-ewwel suġġerimenti tagħna, għax nafu li dawn huma ġejjin minn Alla. Jien nagħti x-xhieda tiegħi tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex jiggwidana, jieħu ħsiebna, u jkun dejjem magħna.