Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Settembru 2024
Imbeżża’ mill-Indiema
Jessica Zoey Strong
Rivisti tal-Knisja
Skont il-President Russell M. Nelson, hawn hu l-għala m’għandekx tkun.
Int minn xiex tibża’? Rollercoasters? Il-klassi tal-Matematika? Tipprova tifhem lil Isaija?
U mill-indiema? Jekk il-ħsieb tal-indiema jagħmlek trid tistaħba taħt il-friex jew tiekol wisq ċikkulata, dan l-artiklu huwa għalik.
“Jekk jogħġobkom tibżgħux jew tiddewmux li tindmu,“ qal il-President Russell M. Nelson. U bir-raġun. Dawn huma ftit ħwejjeġ li l-indiema hija u mhijiex, skont il-President Nelson.
Aċċettaw ir-Rigal Perfett ta’ Alla
Għalhekk, intom lesti li tafdaw fis-Salvatur biex tegħlbu l-biża’ tal-indiema? Mhux se jiddispjaċikom.
Il-President Nelson qal: “Peress li d-dinja kienet teħtieġ li ssalva, u għaliex jien u intom neħtieġu s-salvazzjoni, il-[Missier fis-Smewwiet] bagħatilna Salvatur.
“… Ejjew naċċettaw ir-rigal perfett u prezzjuż ta’ Alla. Ejjew inwaqqgħu t-tagħbija u d-dnubiet tagħna f’riġlejn is-Salvatur u nesperjenzaw il-ferħ li niksbu permezz tal-indiema u l-bidla.”