2016
Għażliet
Mejju 2016


Messaġġ tal-Ewwel Presidenza, Marzu 2016

Għażliet

Jalla aħna dejjem nagħżlu s-sewwa, li jista’ jkun aktar diffiċli, milli nagħżlu l-eħfef, li jaf ikun aktar faċli.

Ħuti, qabel ma nibda l-messaġġ formali tiegħi llum, nixtieq inħabbar erba’ tempji li, fix-xhur u s-snin li ġejjin, se jinbnew f’ dawn il-postijiet: Quito, Ekwador; Harare, Żimbabwe; Belém, Brażil; u t-tieni tempju f’ Lima, Peru.

Meta jiena sirt membru tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu fl-1963, kien hemm 12-il tempju li kien qed jopera mal-Knisja kollha. Bid-dedikazzjoni ħmistax ilu tat-Tempju taċ-Ċentru tal-Belt ta’ Provo, issa hawn 150 tempju li jinsab jopera madwar id-dinja. Kemm aħna grati għall-barkiet li aħna nirċievu f’ dawn id-djar mqaddsa.

Issa, ħuti, nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi għall-opportunità li jien għandi li dalgħodu naqsam magħkom xi ftit ħsibijiet.

Dan l-aħħar kont qed naħseb dwar l-għażliet. Jingħad li l-istorja ddur fuq ċappetti żgħar, u l-istess ħajjitna. L-għażliet li aħna nagħmlu jiddeterminaw id-destin tagħna.

Meta aħna ħallejna l-eżistenza primortali tagħna u dħalna fil-mortalità, aħna ġibna magħna d-don tal-għażla ħielsa. L-għan tagħna hu li niksbu l-glorja ċelestjali, u l-għażliet li nagħmlu, fil-maġġoranza tagħhom, sejrin jiddeterminaw jekk nilħqux jew le l-għan tagħna.

Ħafna minnkom huma familjari ma’ Alice fin-novella klassika ta’ Lewis Carroll L-Avventuri ta’ Alice f’Art l-Għeġubijiet. Tiftakru li hija tiġi f’ salib it-toroq b’ żewġ toroq quddiemha, it-tnejn li huma jibqgħu sejrin dritt iżda fid-direzzjoni opposta. Hekk kif hija bdiet tikkontempla liema triq kellha taqbad, hija ġiet ikkonfrontata mill-Qattus ta’ Ċexer, fejn Alice staqsietu, “Liema triq għandi naqbad?”

Il-qattus wieġeb, “Jiddependi inti fejn trid tmur. Jekk ma tafx fejn trid tmur, ma tagħmlix differenza liema triq taqbad.”1

Kuntrarju għal Alice, aħna nafu fejn irridu mmorru, u tagħmel differenza liema triq naqbdu, għax il-mogħdija li ngħaddu minnha f’ din il-ħajja twassalna sad-destinazzjoni tagħna fil-ħajja li jmiss.

Jalla aħna nagħżlu li nibnu ġewwa fina fidi kbira u qawwija li tkun l-aktar difiża effettiva tagħna kontra l-manuvri tal-avversarju—fidi reali, it-tip ta’ fidi li ssostnina u tkabbar ix-xewqa tagħna li nagħżlu t-tajjeb. Mingħajr din il-fidi, aħna ma mmorru mkien. Biha, nistgħu nwettqu l-għanijiet tagħna.

Għalkemm hija ħaġa imperattiva li nagħżlu b’ għaqal, jiġu żminijiet meta nispiċċaw nagħmlu ċerti għażliet xejn tajbin. Id-don tal-indiema, li pprovdielna s-Salvatur tagħna, jagħtina l-qawwa li ndawwru d-direzzjoni ta’ ħajjitna, sabiex inkunu nistgħu nerġgħu lura fit-triq li twassalna sa dik il-glorja ċelestjali li qed infittxu.

Jalla aħna nibqgħu mimlijin bil-kuraġġ li nikkumbattu l-għażla popolari Jalla aħna dejjem nagħżlu s-sewwa, li jista’ jkun aktar diffiċli, milli nagħżlu l-eħfef, li jaf ikun aktar faċli.

Hekk kif aħna nikkontemplaw id-deċiżjonijiet li aħna nagħmlu kuljum f’ ħajjitna—jekk nagħżlux din jew l-oħra—jekk aħna nagħżlu lil Kristu, aħna nkunu għamilna l-għażla xierqa.

Li dejjem ikun dan hija t-talba umli u mill-qalb tiegħi f’ isem Ġesù Kristu, il-Mulej u s-Salvatur tagħna, amen.

Nota

  1. Addattat minn Lewis Carroll, Alice’s Adventures in Wonderland (1898), 89.

Ipprintja