2021
Is-Saċerdozju Hu l-Qawwa ta’ Alla
Awwissu 2021


“Is-Saċerdozju Hu l-Qawwa ta’ Alla,” Liahona, Awwissu 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Awwissu 2021

Is-Saċerdozju Hu l-Qawwa ta’ Alla

Alla jberikna permezz tal-qawwa tas-saċerdozju. Il-barkiet tas-saċerdozju huma disponibbli għal kulħadd.

Is-saċerdozju huwa l-qawwa ta’ Alla. Hu juża din il-qawwa sabiex ibierek lil uliedu kollha u jgħinhom jerġgħu lura biex jgħixu miegħu. Alla ta l-qawwa tas-saċerdozju lil uliedu fid-dinja. Permezz ta’ din il-qawwa, il-mexxejja tas-saċerdozju jistgħu jmexxu lil-Knisja, u dawk li jħaddnu s-saċerdozju jistgħu jwettqu ċerti ordinanzi sagri, bħall-magħmudija, li jgħinuna nersqu aktar viċin Alla. Kull raġel u mara li jirċievu b’mod den l-ordinanzi tas-saċerdozju u jżommu l-patti (wegħdiet sagri) għandhom aċċess għall-qawwa ta’ Alla.

Immaġni
sagrament

Joseph Smith Ingħata l-Qawwa tas-Saċerdozju

Meta Ġesù Kristu kien fid-dinja, Hu mexxa l-Knisja tiegħu permezz tal-qawwa tas-saċerdozju. Hu ta wkoll din il-qawwa lill-Appostli tiegħu. Fis-sekli wara li mietu, bosta membri tbiegħdu mill-Knisja. Huma bidlu b’mod skorrett l-evanġelju u l-mod kif taħdem il-Knisja. Is-saċerdozju ta’ Alla ma kienx aktar fid-dinja. Fl-1829, Ġesù bagħat lil Ġwanni l-Battista u lill-Appostli Pietru, Ġakbu, u Ġwanni biex jagħtu s-saċerdozju lil Joseph Smith. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien hi l-unika organizzazzjoni fid-dinja b’din l-awtorità minn Alla.

Immaġni
restawrazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek

The Voice of Peter, James, and John [Il-Leħen ta’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni], minn Linda Curley Christensen u Michael T. Malm

L-Imfietaħ tas-Saċerdozju

L-imfietaħ tas-saċerdozju huma l-awtorità li wieħed imexxi l-użu tas-saċerdozju, bħal li jagħti permess biex jitwettqu l-ordinanzi. Ġesù Kristu jħaddan l-imfietaħ kollha tas-saċerdozju. Il-President tal-Knisja hu l-unika persuna fid-dinja li jista’ juża l-imfietaħ tas-saċerdozju biex imexxi l-Knisja kollha. Taħt id-direzzjoni tiegħu, nies oħra jistgħu jużaw ċerti mfietaħ biex iwettqu l-ħidma ta’ Alla. Mexxejja bħal isqfijiet u presidenti tal-wited jużaw l-imfietaħ tas-saċerdozju biex imexxu l-oqsma u l-utied tagħhom. Peress li s-sejħiet biex wieħed iservi jiġu minn mexxejja li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, l-irġiel u n-nisa li jservu fis-sejħiet jeżerċitaw l-awtorità tas-saċerdozju hekk kif iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

Saċerdozju ta’ Melkisedek u Saċerdozju ta’ Aron

Is-saċerdozju hu maqsum f’żewġ partijiet: is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u s-Saċerdozju ta’ Aron. Permezz tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek, il-mexxejja tal-Knisja jmexxu l-ħidma spiritwali kollha tal-Knisja, bħall-ħidma missjunarja u l-ħidma tat-tempju. Is-Saċerdozju ta’ Aron jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Jintuża biex jitwettqu ordinanzi bħall-magħmudija u s-sagrament.

Immaġni
magħmudija

Il-Barkiet tas-Saċerdozju

Permezz tal-patti u l-ordinanzi, Alla jagħmel il-barkiet tas-saċerdozju disponibbli għal uliedu kollha. Dawn il-barkiet jinkludu l-magħmudija, id-don tal-Ispirtu s-Santu, is-sagrament, u l-ordinanzi tat-tempju. L-irġiel u n-nisa li huma ddotati fit-tempju jirċievu don tal-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla permezz tal-patti tagħhom. Aħna nistgħu wkoll nirċievu l-barkiet saċerdotali tal-fejqan, tal-faraġ, u tal-gwida.

Immaġni
miżżewġin friski fit-tempju

X’Tgħid l-Iskrittura dwar is-Saċerdozju?

Is-saċerdozju li kien jeżisti fiż-żminijiet tal-qedem hu l-istess wieħed li jeżisti llum (ara Moses 6:7).

L-imfietaħ tas-saċerdozju huma importanti biex jiġi żgurat li aħna nwettqu l-ħidma tal-Mulej b’mod ordnat (ara Doctrine and Covenants 42:11).

L-irġiel li jħaddnu s-saċerdozju jistgħu jużawh “biss skont il-prinċipji tas-sewwa” (Doctrine and Covenants 121:36).

Uħud mid-dmirijiet ta’ dawk li jħaddnu s-saċerdozju huma deskritti f’ Doctrine and Covenants 20:38–67.

Ipprintja